Left arrow Go Back

Skejjel Evakwati Bħala Prekawzjoni

pr1390
Date Icon 29/09/2005
Minħabba ħruqli seħħ dalgħodu ġo fabbrika f’San Ġwann u d-dħaħen li rriżultaw, id-Dipartiment    tal-Protezzjoni Ċivili  ta  struzzjonijiet lid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex l-iskejjel kollha ta’ San  Gwann u tan-Naxxar jiġu evakwati.
Id-Diviżjonimill-ewwel infurmat lill-iskejjel kollha f’dawn l-inħawi u għamlet l-arranġamenti kollha meħtieġa biex l-iskejjel ikollhom l-appoġġ kollu li kien hemm bżonn.
L-iskejjel imxewmal-proċeduri ta’ evakwazzjoni li għandhom ippreparati f’kull skola u mir-rapporti li għandu l-Ministeru, jidher li l-evakwazzjonijiet imxew b’mod kalm u organizzat ħafna.
Il-ġenituritat-tfal kienu infurmati mill-iskejjel u fejn setgħu, dawn ġabru lit-tfal mill-iskejjel.  Fejn ma kienx possibbli li t-tfal jinġabru mill-ġenituri, kien provdut transport mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni.
Il-Ministeru ta’l-Edukazzjoni u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni jirringrazzjaw lill-għalliema, kapijiet u assistenti kapijiet u l-ġenituri kollha għall-koperazzjoni tagħhom.  Il-Ministeru u d-Diviżjoni kienu u se jibqgħu f’kuntatt kontinwu mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa hekk kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.
L-Uffiċjalitas-Saħħa u s-Sigurta’ tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni qed iduru l-iskejjel affettwati u skejjel fil-viċin sabiex jivverifikaw il-livell tal-kwalità ta’ l-arja u biex jiżguraw li m’hemmx periklu.
L-iskejjel humamistennijja jiftħu bħas-soltu għada l-Ġimgħa 30 ta’ Settembru 2005.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow