Left arrow Go Back

Iktar proġetti b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea f’Għawdex

pr1382
Date Icon 28/09/2005
Għawdexse jibbenefika b’mod dirett minn proġett infrastrutturali ieħor wara li l-Ministeru għal Għawdex irnexxielu jakkwista iktar fondi mill-budget preżenti ta’ l-Unjoni Ewropea, taħt il-Prijorita’ ta’ Għawdex. Dan it-tielet proġett ta’ toroq b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea jsegwi l-proġetti mħabbra tal-bini mill-ġdid tat-triq li tgħaqqad lill-belt Victoria ma’ San Lawrenz u tat-Triq ta’ l-Imġarr. L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ħabbret dan waqt żjara fi Triq ix-Xlendi, dalgħodu.
FondiStrutturali għal Malta 2004-2006, b’mod speċifiku fondi taħt il-Fond għal Żvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF), se jirriżultat fil-bini mill-ġdid u l-għoti ta’ wiċċ ġdid lil Triq ix-Xlendi – it-triq prinċipali f’Għawdex li tgħaqqad liċ-ċentru ta’ Victoria u Fontana maż-żona turistika popolari tax-Xlendi. It-triq hija twila 1.7 kilometri u l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett jinvolvi l-investiment ta’ Euro 1.1 miljun (jew madwar Lm500,000), li 75% minnhom huma fondi ta’ l-Unjoni Ewropea filwaqt li 25% huma fondi nazzjonali.
Il-Ministerugħal Għawdex kien issottometta dan il-proġett proposta wara li l-Planning and Priorities Directorate (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien ħareġ sejħa għall-applikazzjoni għal proġetti taħt Prijorita’ 4 – il-prijorita’ orizzontali speċifika għal Għawdex f’dan il-perijodu finanzjarju ta’ l-Unjoni Ewropea.
Is-sejħietgħall-offerti meħtieġa bħalissa qiegħdin jiġu mfassla sabiex, fix-xhur li ġejjin, jinħarġu pubblikament. Ix-xogħol propju f’dan il-proġett jinvolvi l-bini mill-ġdid, inkluż il-pedamenti ta’ parti sostanzjali mit-triq kif ukoll xogħlijiet inqas intensivi f’partijiet oħra. Il-proġett jinkludi t-triq kollha, mill-parking tax-Xlendi sa l-Għajn tal-Ħasselin fil-Fontana.
Il-Ministerugħal Għawdex se jaħdem mill-qrib ma’ korporazzjonijiet u kumpaniji li jipprovdu servizzi fosthom l-Enemalta, Maltacom, Melita Cable, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u oħra, sabiex ix-xogħlijiet meħtieġa f’din it-triq jiġu kordinati u mplimentati fl-istess żmien.
Metatkellmet dwar dan il-proġett, Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex qalet li dan huwa t-tielet proġett ambizzjuż ferm għat-toroq f’Għawdex li se jseħħ b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Debono qalet li dan il-proġett, flimkien mal-bini mill-ġdid tat-triq Victoria-San Lawrenz, Triq l-Imġarr u parti mit-Triq ta’ Marsalforn li l-Ministeru stess għamel ftit snin ilu, se jwassal sabiex jitwettaq il-pjan tal-Ministeru li jtejjeb it-toroq arterjali t’Għawdex li jaqsmu lil Għawdex mill-erba’ trufijiet tal-gżira.
Il-MinistruDebono qalet li l-infrastruttura tat-toroq f’Għawdex se tiġi rivoluzzjonata matul is-snin li ġejjin b’xogħlijiet intensivi ħafna mhux biss fis-salib prinċipali tal-gżira imma wkoll f’żoni residenzjali, kif ukoll toroq oħra prinċipali li mistennija jitħabbru dalwaqt.
Il-MinistruDebono qalet iżda li waqt li dawn ix-xogħlijiet infrastrutturali ntensivi jkunu għaddejjin f’Għawdex, il-pubbliku se jkollu jiltaqa’ ma’ element ta’ inkonvenjenza anke minħabba ċ-ċokon fiżiku tal-gżira ta’ Għawdex. Giovanna Debono appellat għall-koperazzjoni minn kulħadd – residenti u viżitaturi – filwaqt li qalet li r-riżultat ta’ dawn il-proġetti estensivi se jwasslu għal kwalita’ ta’ għixien aħjar f’Għawdex li se jinħass minn kulħadd fis-snin li ġejjin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow