Left arrow Go Back

L-2006 SE TKUN SENA IMPORTANTI U SENA POŻITTIVA GĦALL-INVESTIMENT BARRANI FIT-TEKNOLOĠIJI F’MALTA – AUSTIN GATT

pr1349
Date Icon 23/09/2005
Għalkemmdin l-industrija innovattiva hija waħda relattivament ġdida, pajjiżna minħabba l-pożizzjoni strateġika li għandu fl-Ewropa fost raġunijiet oħra, jista’ jgawdi minn vantaġġi kompetittivi fuq pajjiżi oħra, u b’hekk jiġbed iktar investiment minn barra fl-industrija ta’ l-ICT. L-industrija ta’ l-ICT hija waħda li tipprometti madwar id-dinja kollha. Fl-2006, is-suq dinji ta’ l-ICT huwa mħabbar li ser jikber b’4.8%.  L-industrija ta’ l-ICT f’ pajjiżna tista’ tkompli tiżviluppa b’mod sostenibbli sakemm ikollna numru sostanzjali ta’ nies li għandhom it-taħriġ u kwalifiki neċessarji fl-ICT l-iktar rikjesti mill-industrija. Dan qalu il-Minsitru għall-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, Austin Gatt meta kien qed jiltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Malta Association for Private Training Providers, li kienet immexxija mis-Sinjura Rosanne Galea.
Il-Ministru Gatt saħaq li l-istituzzjonijiet akkademiċi u vokazzjonali,b’mod partikolari l-Università u l-MCAST, għandhom rwol importanti fil-provvediment ta’ kwalifiki ta’ livell għoli fl-ICT. Fuq l-elf student qed jistudjaw għal xi kwalifika fl-ICT f’dawn iż-żewġ istituzzjonijiet.  Huwa saħaq li s-settur privat, ukoll għandu rwol ugwalment importanti li joffri ċertifikazzjonijiet fl-ICT lil dawk in-nies li jridu jitħarrġu fl-ICT f’livelli differenti.
Il-MinistruGatt spjega li l-gvern huwa determinat li jgħin biex ikun hawn bażi solida ta’ taħriġ fl-ICT biex ikollna numru ikbar ta’ nies kwalifikati fl-ICT li jistgħu jsostnu l-iżvilupp kontinwu tas-settur.
Sabiexnilħqu l-oġġettiv politiku dikjarat li 500 persuna tikseb taħriġ u kwalifika fl-ICT kull sena, il-Gvern ħass li huwa indispensabbli r-rwol u l-koperazzjoni ta’ l-entitajiet privati li joffru taħriġ fl-ICT. Kien għalhekk li ġie fformat l-‘ICT Training Providers Forum’, biex naħdmu mas-settur privat lejn dan l-oġġettiv. Dan il-forum jinkludi l-Malta Association for Private Training Providers. Il-Gvern ser jaħdem ma’ din l-assoċjazzjoni, li twaqqfet riċentament bħala partners fl-implimentazzjoni tal-programm tagħna.
Il-Gvernżviluppa mudell li ser jiġi fformulat f’dokument konsultattiv biex nitkellmu l-ideat tagħna dwar is-settur tat-taħriġ dwar:
(1)ir-rwol li ser ikollu l-Gvern u s-settur privat fil-provvediment ta’ taħriġ fl-ICT
(2)it-tip ta’ ċertifikazzjonijiet li għandna l-aktar bżonn
L-għantal-Minsiteru huwa li fil-waqt li nkabbru n-numru ta’ ċertifikazzjonijiet ta’ l-ICT li huma speċifiċi għall-industrija nżidu l-aċċessibiltà għal dan it-tip ta’ ċertifikazzjonijiet billi jitbaxxa l-prezz taċ-ċertifikazzjonijiet għall-bwiet ta’ studenti u nies li ma jaħdmux, li ser ikunu sussidjati.
Il-Gvernser jibqa’ jagħti taħriġ ġeneriku minn numru ta’ ċentri stabbiliti lill-istudenti full-time u lin-nies li qed tfittex xogħol bi prezz baxx. B’dan il-Gvern ser ikabbar in-numru ta’ nies li jfittxu taħriġ ta’ livelli ogħla mas-settur privat. Dan iwessa s-suq għas-settur privat. Il-Ministru Austin Gatt ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin ser nippubblikaw regolamenti ġodda li joffru inċentivi fiskali għal min jieħu taħriġ f’aspetti speċjalizzati ta’ l-ICT. Dawn l-inċentivi ser iħajru u finanzjarjarment jippermettu numru akbar ta’ nies jieħdu taħriġ fl-ICT.
Huwaenfasizza li l-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni li jieħu parti mis-suq tal-provdituri privati li joffru taħriġ fl-ICT, anzi l-Gvern irid ikabbar in-numru ta’ nies li jirċievu taħriġ fl-ICT sabiex l-industrija tikber. Is-settur ta’ taħriġ fl-ICT huwa wieħed mis-setturi li għadu qed jiżviluppa u li għad fadal fejn jikber. Il-Gvern għandu dmir jgħin lil min hu fi żvantaġġ ekonomiku u nħajru b’inċentivi fiskali konkreti dawk li jridu javvanzaw billi jitħarrġu f’ certifikazzjonijiet ta’ livell iktar speċjalizzat fl-ICT.
Ghaldaqstant,il-provdituri ta’ taħriġ fl-ICT għandhom jaraw l-impenn tal-Gvern bħala opportunità għalihom, iktar milli xi tip ta’ theddida. It-twaqqif ta’ l-MAPTP hija inizjattiva li l-Gvern japprezza u jħeġġeġ għax tqawwi l-kwalità ta’ koperazzjoni li jista’ jkun hemm bejn il-Gvern u s-settur privat biex jirnexxiela nkabbru l-kapaċitajiet Maltin f’din l-industrija.
Il-MinsitruGatt qal li qed jikber l-interess t’investituri fis-settur tat-teknoloġija li qed iħarsu lejn Malta għall-operat tagħhom.
Il-MinistruGatt spjega li riċentament esperjenzajna investiment barrani f’dan il-qasam, grazzi għall-kapaċitajiet tal-Maltin. Huwa irrefera għall-kumpanija stabbilita Malta li rebħet kuntratt sostanzjali ta’ madwar nofs miljun lira biex tagħmel software f’Malta għall-kumpanija Ingliza. Kumpanija oħra li hija bi sħab bejn investituri Maltin u barranin, li nvestiet żewġ miljun lira, li qed jiżviluppaw software ta’ satellite telephony, kif ukoll rilokazzjoni ta’ kumpanija b’interessi mill-Amerika u New Zealand, li fetħet riċentament f’Malta, li qed tagħmel xogħol ta’ valur miżjud fuq numru ta’ software platforms.
Liwieħed irid iżomm f’moħħu hu li f’settur bħal dan, kompla Austin Gatt, hu li t-tkabbir ta’ l-investiment barrani jimxi id f’id mat-tkabbir ta’ l-investiment lokali. L-investiment Malti fit-teknoloġiji qed isir aktar kompetittiv għax għandna riżorsi umani mħarrġa tajjeb; għandna infrastruttura ‘future-proof’; sħubija ta’ l-aqwa partners internazzjonali; u t-teknoloġiji huma l-ogħla priorità għall-Gvern li għamilha l-missjoni tiegħu li jiffaċilita t-tkabbir ta’ din l-attività.
AustinGatt saħaq li s-sena 2006 se tkun sena importanti (u sena pożittiva) għall-investiment barrani fit-teknoloġiji f’Malta: mis-sena d-dieħla se nibdew tassew naħsdu dak li ilna niżirgħu. Dan se jrendi ruħu fi profitti akbar, u f’aktar impjiegi f’dan is-settur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow