TIFKIRA TAL-41 ANNIVERSARJU TA’ L-INDIPENDENZA F’GĦAWDEX
pr1345
22/09/2005
| It-tifkira | tal-41 Anniversarju ta’ l-Indipendenza, bħas-snin l-imgħoddija, inżammet ukoll f’Għawdex, il-bieraħ l-Erbgħa 21 ta’ Settembru. |
| Fil-5.30pm | il-Banda u l-Istakkament tal-Forzi Armati ta’ Malta waslu fi Pjazza Indipendenza fejn saru l-qofol ta’ l-attivitajiet kommemorattivi. |
| Il-Banda | laqgħet lill-Kmandant tal-Forzi Armati, lill-mistednin u lill-Prim Ministru, meta ngħata s-salut nazzjonali u saret l-ispezzjoni ta’ l-unur. Il-Banda tal-Forzi Armati għamlet programm mużikali qasir, wara liema, iċ-Chairman tal-Kumitat Organizzativ Kultura (Ministeru għal Għawdex) stieden lill-Onor. Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi, biex iqiegħed bukkett fjuri quddiem il-lapida kommemorattiva. |
| Fi | tmiem l-attivita’, il-Banda tal-Forzi Armati daqqet l-Innu Nazzjonali. |
| Preżenti | għall-attivita’ kien hemm l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Onor. Anton Tabone u l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, fost mistednin oħra. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947