Left arrow Go Back

Laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Agrikoltura u s-Sajd

pr1336
Date Icon 19/09/2005
Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino se jieħusehem fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Agrikoltura u s-Sajd li se ssir bejn illum u għada, t-Tlieta 20 ta’ Settembru fi Brussels.
Il-laqgħa se tiddiskuti temi ta’ importanza partikolari għal Malta bħalmahija l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar miżuri tekniċi għas-sajd fil-Mediterran kif ukoll miżuri li jiżguraw il-ħarsien ta’ l-istock ta’ ħut.  Il-laqgħa tal-Kunsill se tiddiskuti wkoll id-diffikultajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd.
Ta’ min jgħid li fir-rigward tal-proposta dwar miżuri tekniċi għas-sajdfil-Mediterran, il-Gvern innegozja kundizzjonijiet favorevoli  li jagħtu każ tar-realta’ Maltija.  Il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri mistennija tevalwa r-riżultat tan-negozjati li saru ma’ l-Istati Membri individwali bl-iskop li jintlaħaq qbil finali.
Fir-rigward tad-diskussjonijiet dwar il-ħarsien ta’ l-istock ta’ ħut, irid jingħad li l-Kummissjoni Ewropea qed tieħuazzjoni biex tassigura l-konservazzjoni ta’ speċi ta’ ħut li huma mhedda.
Malta, bħall-bqija tal-pajjiżi l-oħrajn, mistennija tressaq ukoll il-każtagħha dwar id-diffikultajiet li qed iħabbat wiċċu miegħu s-settur tas-sajd.
Temi oħra fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri jinkludu aġġornamentmill-Kummissjoni Ewropea dwar l-issue ta’ l-avian influenza kif ukoll temi oħra mressqa minn pajjiżi individwali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow