L-AMBAXXATRIĊI ĠDIDA TA’ L-ISTATI UNITI GĦAL MALTA L-ET MOLLY BORDONARO TAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-AĠENT PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN TONIO BORG
pr1323
15/09/2005
| L-Ambaxxatriċi | ġdida ta’ l-Istati Uniti għal Malta l-ET Molly Bordonaro għamlet żjara ta’ kortesija lill-Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Tonio Borg fil-Berġa ta’ Aragona, il-Belt Valletta . |
| Wara | li ta merħba lill-Ambaxxatriċi l-ġdida l-Aġent Prim Ministru Tonio Borg qal tkellem dwar ir-relazzjonijiet tajba ħafna li jeżistu bejn iż-żewg pajjiżi u dwar il-koperazzjoni bejn Malta u l-Istati Uniti f’għadd ta’ oqsma. L-E.T Molly Bordonaro qalet li ser tkompli taħdem biex dawn ir-relazzjonijiet li hija tqis bħala eċċellenti li jeżistu ikomplu jissaħħu. |
| Fi | tmiem il-laqgħa d-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili s-Sur Peter Cordina ppreżenta cheque ta’ $12,000 li inġabru mid-Dipartiment b’risq il-vittmi ta’ l-urugan Katrina li ħakem lill-Istati Uniti iktar kmieni dan ix-xahar. |
| Preżenti | għall-laqgħa kien hemm is-Sur Charles Deguara, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947