IL-MINISTRU TAS-SAĦĦA JIPPARTEĊIPA FIL-55 SESSJONI TAL-KUMITAT REĠJONALI TA’ L-GĦAQDA DINJIJA TAS-SAĦĦA FIR-RUMANIJA
pr1321
15/09/2005
| Il-Ministru | tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Dr Louis Deguara, għadu kif reġa’ lura Malta minn Bucharest, fir-Rumanija fejn kien qed jattendi għall-55 Sessjoni tal-Kumitat Reġjonali ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. |
| Fi | programm ta’ erbat ijiem il-Kumitat Reġjonali ddiskuta diversi suġġetti li jittrattaw il-politika dwar is-saħħa għas-snin li ġejjin. Ġew diskussi ukoll suġġetti speċifiċi bħal problemi tax-xorb, inċidenti, tilqim kif ukoll strateġija għas-saħħa tat-tfal u adoloxxenti. Ma setax jonqos li jiġu diskussi ukoll l-aħħar żviluppi dwar l-influwenza pandemika fejn ġie stabbilit li Malta qegħda ssegwi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. |
| Waqt | iż-żjara f’Bucharest, il-Ministru Deguara kellu laqgħa mad-Direttur Reġjonali ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fejn ġie ffirmat ftehim ta’ koperazzjoni bejn il-Ministeru tas-Saħħa Malti u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għas-snin 2006 – 2007. Il-ftehim jinvolvi għoti f'għajnuna teknika għall-valur ta’ US$ 50,000 mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa biex ikompli x-xogħol fuq l-iżvilupp ta’ strateġija għas-saħħa u l-ambjent, tiġi żviluppata politika nazzjonali ġdida dwar il-mediċini u tissaħħah il-ħidma biex tiġi żviluppata sistema ta’ quality assurance fil-qasam tas-Saħħa. |
| Jakkumpanjaw | il-Ministru kien hemm l-assistent personali tiegħu u d-Direttur Ġenerali tas-Saħħa. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947