Għadd ta’ premjijiet għal min jieħu sehem fl-inizjattiva tal-car pooling fit-22 ta’ Settembru
pr1311
13/09/2005
| Minbarra | li jkun qed jagħti sehemhu għal ambjent aħjar, min se jieħu sehem fl-inizjattiva ta’ car pooling fit-22 ta’ Settembru li ġej se jkun qed jiċċansja li jirbaħ ukoll premjijiet sbieħ. Bħalma tħabbar fil-jiem li għaddew, is-sehem ta’ Malta fl-attivitajiet ta’ din is-sena konnessi ma’ Car Free Day se jiffukkaw fuq il-kunċett ta’ car pooling – dak li jippromwovi l-użu ta’ vetturi privati mill-akbar numru ta’ nies possibbli. |
| Din | l-inizjattiva qed issir b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità tat-Trasport Pubbliku. |
| It-tema | magħżula għall-Car Free Day din is-sena hija Clever Commuting. Il-kunċett ta’ car pooling huwa mod intelliġenti u sostenibbli ta’ kif wieħed jista’ jmur minn post għall-ieħor u jwassal biex jonqsu l-karozzi mit-toroq u għaldaqstant jonqos ukoll it-traffiku, l-emissjonijiet ta’ gassijiet fl-arja u l-inċidenti. |
| Bħala | promozzjoni għall-parteċipazzjoni f’din l-inizjattiva tal-car pooling, kumpaniji privati qed joffru għadd ta’ rigali sbieħ għal min jieħu sehem. Numru ta’ gwardjani lokali se jkunu fit-toroq biex jieħdu n-numru ta’ karozzi li jintlemħu jġorru tliet passiġġieri jew aktar, imma mhux iktar min-numru massimu li tista’ ġġorr karozza. Il-karozzi li jintgħażlu se jipparteċipaw f’lotterija. |
| Se | jkun hemm 10 karozzi rebbieħa u għal kull karozza jintrebħu ħames premjijiet li jinkludu btajjal f‘EuroDisney mogħtija minn KD Travel, biljetti ta’ l-ajru mill-Air Malta, biljetti għal Sqallija bil-Virtu Ferries, weekend breaks fl-Imġarr Hotel Għawdex, vouchers ta’ Lm50 ’l wieħed mill-Body Shop, memberships għal tliet xhur fis-Cynergi gym, għadd ta’ memberships għal ġurnata fi Spa Sante tal-Fortina Hotel, ikliet fil-Qui-si-Sana Restaurant tal-Fortina Hotel, vouchers ta’ Lm25 ’l wieħed mill-Exotique, u vouchers ta’ Lm10 li jissarfu f’biodiesel. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946