Permezz ta’ avviż ippublikat illum fil-Gazzetta tal-Gvern tnieda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ erba’ ġimgħat dwar ir-regolamenti l-ġodda kontra r-rimi ta’ skart b’mod abbużiv (Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq
pr1309
13/09/2005
| Permezz | ta’ avviż ippublikat illum fil-Gazzetta tal-Gvern tnieda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ erba’ ġimgħat dwar ir-regolamenti l-ġodda kontra r-rimi ta’ skart b’mod abbużiv (Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi). |
| Dawn | ir-regolamenti ser jidħlu fis-seħħ għall-perjodu ta’ prova ta’ tliet xhur minn Ottubru li ġej, filwaqt li ser jidħlu fis-seħħ b’mod effettiv mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2006. |
| Dawn | ir-regolamenti se jwasslu biex jiħraxu l-pieni kontra min jinqabad iħammeġ jew jarmi skart. Il-pieni għal min jinqabad iħammeġ (littering) se jibdew minn Lm25 sa Lm50 filwaqt li l-multi għal min jarmi skart jew materjal goff (dumping) se jibdew minn Lm1,000 u jibqgħu telgħin sa Lm2,500. Dawn il-multi jirduppjaw jekk ir-reat isir fil-viċinanzi ta’ knejjes, fuq bajjiet, f’parks nazzjonali, ġonna pubbliċi u siti storiċi jew arkeoloġiċi. |
| Dawn | ir-regolamenti se jwasslu wkoll għall-introduzzjoni ta’ gwardjani pajżana li se jkunu responsabbli mill-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti, flimkien ma’ gwardjani bl-uniformi. Għal dan il-għan fil-ġimgħat li għaddew bdew sensiela ta’ laqgħat għall-gwardjani biex ikunu nfurmati u mħarrġa għall-introduzzjoni ta’ dawn ir-regolamenti. |
| Kif | kien tħabbar, fil-jiem li ġejjin se jingħata bidu għall-kampanja ta’ informazzjoni li qed issir ukoll b’kollaborazzjoni ma’ diversi għaqdiet mis-settur privat li qablu li jieħdu sehem f’din l-inizjattiva. Dan għandu jassigura li kulħadd ikun infurmat sew fuq dawn ir-regolamenti. |
| Kull | min irid jagħmel xi kummenti fuq dawn ir-regolamenti huwa mitlub li jibgħathom lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, Xatt il-Barriera, l-Belt Valletta. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946