Restawr fuq statwa ta’ 120 sena fix-Xlendi
pr1297
09/09/2005
| Il-Ministeru | għal Għawdex, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Munxar, beda xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa ta’ Sant’Andrija li tiddomina l-port tax-Xlendi, speċjalment ix-xaqliba l-iktar li tintuża mis-sajjieda. |
| L-istatwa, li hi magħmula mill-ġebla lokali, miżbugħa b’żebgħa | bajda, kienet ġiet inawgurata f’Ġunju 1882 mill-Isqof t’Għawdex ta’ dakinhar, Mons. Giovanni Maria Camilleri. Fl-1901, l-istess Isqof kien ta erbgħin jum indulġenza għal min jitlob quddiem din l-istatwa. |
| Peress | li din l-istatwa hija esposta għall-elementi u tinsab daqshekk qrib il-baħar, l-istatwa ta’ Sant’Andrija ġarrbet ħsarat mhux żgħar matul is-snin u għalhekk tenħtieġ xogħol ta’ restawr intensiv. Din hija l-ewwel darba li qed isir xogħol ta’ restawr b’mod daqshekk intensiv, għalkemm kien jitwettaq xogħol ta’ manutenzjoni perjodikament, permezz tas-sajjieda u l-kappillan tal-lokal. |
| Ix-xogħol, | li beda din il-ġimgħa, jikkonsisti fit-tneħħija ta’ siment li tqiegħed fuq il-bażi ta’ l-istatwa matul is-snin, it-tneħħija taż-żebgħa kollha biex jerġgħu jinkixfu d-dettalji ta’ l-iskultura oriġinali, xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni u tibjid finali bħala protezzjoni mill-elementi. |
| Il-materjal | meħtieġ għal dan ix-xogħol inxtara mill-Kunsill Lokali tal-Munxar filwaqt li x-xogħol qiegħed jitwettaq permezz ta’ ħaddiema tad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. |
| Sant’Andrija | huwa l-qaddis protettur tas-sajjieda. Ix-Xlendi huwa wieħed mill-portijiet ewlenin li huwa marbut mas-sajd, flimkien mal-port ta’ Marsalforn u ta’ l-Imġarr. Dan ix-xogħol ta’ restawr huwa kollaborazzjoni oħra bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-kunsilli lokali f’Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946