Laqgħa ta’ konsultazzjoni f’Għawdex dwar il-White Paper “Insaħħu l-Volontarjat”
pr1296
09/09/2005
| Il-White | Paper “Insaħħu l-Volontarjat” għandha tkun ta’ interess għall-Għaqdiet, Kumitati u dawk kollha li huma nvoluti f’dawn l-oqsma u huwa għalhekk li l-Gvern iddeċieda li jagħmel laqgħa ta’ konsultazzjoni anke f’Għawdex sabiex ikun iktar faċli għall-membri ta’ l-għaqdiet volontarji Għawdxin biex jifhmu l-proposti u jagħtu l-kummenti tagħhom. |
| Għalhekk | il-Gvern u l-Assoċjazzjoni ta’ Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin qed jistiednu lill-għaqdiet kollha f’Għawdex għal laqgħa fis-Sala tal-Wirjiet (Ministeru għal Għawdex) nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru fl-4.30pm. Esperti mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali se jispjegaw u jiċċaraw, wara l-introduzzjoni tal-Ministru għal Għawdex li tintroduċi l-iskop ta’ l-inizjativa. Se tkun ukoll opportunita’ biex dawk involuti jagħtu l-kummenti u s-suġġerimenti tagħhom. |
Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd - anki għal dawk li m’humhiex membri ta’ l-Assoċjazzjoni. Ikun utli li min jixtieq jattendi jinforma liċ-Ċentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi fuq in-numru tat-telefon 21565492 jew email ngocentregozo@gov.mt.
Kopja tal-White Paper, bil-Malti u bl-Ingliż, tista’ titniżżel minn fuq l-internet (www.welfare.gov.mt) filwaqt li kopji ppubblikati jistgħu jinkisbu mill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali (fejn qed jintlaqgħu kummenti sa l-aħħar ta’ Ottubru); miċ-Ċentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi f’Għawdex u mill-Ministeru għal Għawdex.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946