Left arrow Go Back

IL-KUMITAT ORGANIZZATTIV TAL-FORUM TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAL-COMMONWEALTH JILTAQA’ F’MALTA:  7-11 TA’ SETTEMBRU 2005

pr1284
Date Icon 07/09/2005
Membrital-Kumitat Organizzativ tal-Forum taż-Żgħażagħ tal-Commonwealth (CYF; Commonwealth Youth Forum) se jkunu f’Malta fil-jiem li ġejjin biex jiffinalizzaw il-programm u jiddiskutu l-preparamenti għall-Forum, li se jiltaqa’ f’Malta bejn is-16 u t-23 ta’ Novembru.
Il-Forumtaż-Żgħażagħ tal-Commonwealth, li se jkun qed jiltaqa’ għall-ħames darba, stabilixxa ruħu bħala wieħed mil-laqgħat prinċipali li jsiru b’konnessjoni maċ-CHOGM. Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, ż-Żgħażagħ u x-Xogħol se jkun qed jospita dan il-Forum bi sħab mal-Commonwealth Youth Programme (CYP) fi ħdan is-Segretarjat tal-Commonwealth, il-Commonwealth Youth Exchange Council (CYEC) u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ). Delegati minn madwar il-Commonwealth, li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u l-25 sena, se jkunu qed joqgħodu ġewwa l-lukanda Suncrest fil-Qawra flimkien ma’ delegazzjoni ta’ iktar minn tletin żgħażagħ Maltin. Il-CYF se jkun jinkludi sessjonijiet plenarji u workshops li matulhom se jiġu diskussi diversi temi bħall-iŻvilupp Sostenibbli, it-Tmexxija tajba u ċ-Ċittadinanza Attiva, is-Saħħa u s-Sesswalità, l-Intrapriża, kif ukoll l-Edukazzjoni, t-Teknoloġija ta’ l-Informatika u l-Jeddijiet tal-Bniedem. Il-Forum se jipproduċi Komunikat li mbagħad jiġi ppreżentat lill-Prim Ministru ta’ Malta u lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, kif ukoll lill-Kapijiet ta’ Gvernijiet li se jkunu qed jattendu ċ-CHOGM. Delegati fil-Forum taż-Żgħażagħ se jkollhom ukoll sessjoni interattiva mad-delegati tal-Commonwealth People’s Forum, li se jkun qed jiltaqa’ fl-istess żmien u li jiġbor bih għadd kbir ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet mis-Soċjetà Ċivili.
Il-KumitatOrganizzattiv huwa magħmul mill-membri tal-Kumitat Organizzattiv Malti maħtur mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, ż-Żgħażagħ u x-Xogħol u minn membri maħtura mill-CYP u l-CYEC. Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Settembru l-Kumitat Organizzattiv se jkollu laqgħat mal-Ministru Louis Galea u l-Ambaxxatur Salv J. Stellini, Chairman taċ-CHOGM Taskforce.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow