Left arrow Go Back

INVESTIMENT QAWWI F’TITJIB FIT-TEATRU MANOEL

pr1282
Date Icon 07/09/2005
Fil-budget ta’ din is-sena l-Gvernalloka Lm250,000 għal aktar titjib fil-faċilitajiet tat-Teatru Manoel.
S’issatlestew żewġ proġetti, tlett studio apartments u l-wardrobe fi Triq Żekka. Waslu wkoll biex jitlestew ix-xogħlijiet f’Casa Bonici.
It-tindafuq is-saqaf tal-bitħa qed isirilha manutenzjoni sħiħa. Qed jinbidlu l-panelli tal-perspex, 96 b’kollox, filwaqt li qed ikunu msewwija u serviced it-tmien muturi. Ix-xogħol kollu mistenni jitlesta fil-jiem li ġejjin.
F’81Triq Żekka kien hemm il- ‘guardaroba’ u d-dressing rooms tat-teatru. Dan twaqqa’ kollu u bħalissa għaddej il-proċess għal sejħa ta’ offerti għall-bini ta’ dressing rooms ġodda u kmamar għar-rehearsals li waħda minnhom se tkun daqs l-istess palk tat-teatru. Qed jiġi installat ukoll lift għall-passiġġieri u oġġetti u jkun tajjeb anke biex iġġorr pjanijiet Steinway għall-ħames sular meta jkunu meħtieġa għar-rehearsals.
Fil-kumplesstat-Teatru Manoel se jkun ukoll stallat tagħmir kontra nirien u favur is-sigurtà u se jitħaffru żewġ ġwiebi li jesgħu 64 metru kubu ta’ ilma, filwaqt li tinbena pump room bejn iż-żewġt ikmamar.
Bħalariżultat tax-xogħol li qed isir f’Casa Bonici, il-bitħa tat-Teatru Manoel qed tiġi upgraded biex tkun aktar attraenti għal dawk li jużawaha. Din il-bitħa se tintuża wkoll bħala gallerija ta’ l-arti bl-iskop li tagħti l-opportunità lill-artsti li juru x-xogħlijiet tagħhom. Il-coffee shop u t-tavola calda ser ikunu fiċ-ċentru tal-bitħa.
Għat-tienisena qed isir xogħol ta’ restawr minn Sante Guido u l-grupp ta’ ħaddiema tiegħu. Dan ix-xogħol ta’ restawr qed ikun parzjalment finanzjat mill-MIA. Bħalissa qed ikun restawrat il-proxenju wara li s-sena li għaddiet kienu restawrati il-panewijiet tal-boxes tat-teatru.…/…
It-TeatruManuel qed jinvesti Lm90,000 mill-fondi tiegħu biex it-teatru jkun jikkonforma ma’ ħtiġiet internazzjonali f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà. Ix-xogħol beda f’Ġunju u mistenni jintemm lejn l-aħħar ta’ Settembru.
Ix-xogħlijietkollha jinvolvu investiment ta’ Lm335,000.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, li żar ix-xogħlijiet li qed isiru, qal li t-Teatru Manoel kien mhux biss it-teatru nazzjonali iżda wkoll monument storiku li nbena mill-Gran Mastru Manoel di Vilhena fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann.
“It-TeatruManoel hu ġojjel arkittetoniku u artistiku li rridu nħarsu u nsebbħu. Dan it-teatru li twieled fl-1732 bħala teatru għal attivitajiet varji, ċentru kulturali u ta’ opri, rappreżentazzjonijiet teatrali, kummiedji u spettakli oħra hu llum kumpless artistiku li qed iservi ta’ teatru, sala tal-kunċerti, mużew tat-teatru u gallerija ta’ l-arti,” qal il-Ministru Zammit Dimech li fakkar li bil-festival ta’ l-Opra u l-Festa Barokka t-Teatru Manoel kiber fl-istatura bħala post fejn  jiġu organizzati attrazzjonijiet internazzjonali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow