Left arrow Go Back

JUM IL-VITORJA 2005 F’GĦAWDEX

pr1277
Date Icon 06/09/2005
L-attivita’kommemorattiva ta’ Jum il-Vitorja, f’Għawdex se ssir l-Erbgħa, 7 ta’ Settembru fi Pjazza Indipendenza, Victoria, taħt il-presidenza ta’ l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex.
Iċ-ċerimonjaser tibda fis-7.00pm bis-sehem tal-Banda tal-Pulizija illi ser timmarċja minn Pjazza Sabina sa Pjazza Indipendenza, Victoria u tkompli bil-parteċipazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta.  Wara l-wasla ta’ l-Onor. Ministru fi Pjazza Indipendenza, l-attivita’ tkompli bil-qari ta’ poeżija u diskors kommemmorattiv li din is-sena ser isir mis-Sur Carmel Cachia.
Iċ-ċerimonjatilħaq il-qofol tagħha permezz tat-tqegħid ta’ kuruni fuq il-Monument tal-Gwerra fi Pjazza Indipendenza, li kien twaqqaf f’dan il-post f’Mejju 1954 mill-Altezza Rjali r-Reġina Eliżabetta II, waqt żjara Rjali f’Għawdex.
Waqtl-istess ċerimonja, il-Banda tal-Pulizija tesegwixxi programm mużikali illi jasal fi tmiemu bid-daqq ta’ l-Innu Malti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow