Negozji fil-lokalita’ għall-ħolqien t’impjiegi ġodda
| F’konferenza | ta’ l-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, nieda skema li biha ser jingħata ġieħ lil imprendituri u artiġjana f’numru ta’ lokalitajiet. “Aħna konna stedina lill-Kunsilli Lokali kollha biex jipparteċipaw f’din l-iskema, u dawn huma l-ewwel Kunsilli Lokali li ser ikun qegħdin iwettqu din l-iskema. Is-Segretarjat tiegħi xtaq li fil-Kunsilli Lokali jiġi ntrodott il-kunċett ta’ premju għall-artiġjanat u l-imprenditorija fil-lokalita`. Aħna tajna linji ta’ gwida ta’ kriterji minimi għal din l-iskema, iżda mbagħad il-Kunsill Lokali għandhom il-liberta` li jagħmlu kriterji oħra kif jixtiequ. |
| “Il-kriterji | minimi li stabbilejna huma: |
i. Li jkollu negozju tiegħu f’dik il-Komunita’ fis-sena li għaliha jkun qed jingħata l-premju
ii. Li bin-negozju tiegħu ikun ta servizz jew għamel ġid lill-istess Komunità
iii. Fil-mod ta’ kif ikun iġġestixxa n-negozju tiegħu huwa jkun ta prijorità lill-ambjent
iv. Huwa magħruf li fin-negozju tiegħu huwa dejjem kien ta’ servizz għal persuni oħra u għall-klijenti
v. Kemm-il darba kien jew għadu jimpjega ħaddiema miegħu, huwa meħtieġ li jkun magħruf li jistmahom u jirrispetta d-drittijiet tagħhom
vi. Ikun magħruf li għen lill-għaqdiet tal-volontarjat fil-komunità
vii. Ikun serva ta’ eżempju biex fil-lokalità l-imprendituri jgħollu dejjem iżjed il-kwalita’ tas-servizz li joffru
viii. Ikun magħruf għall-mod ġust kif ikun iġġestixxa n-negozju tiegħu
ix. Li jkun żamm in-negozju tiegħu, inkluż il-faċċata, b’dehra attrajenti
x. Li jkun iħaddem miegħu numru ta’ impjegati residenti fil-lokalità
| “L-idea | hi li jkun hemm eżempju ta’ negozju idejali f’kull lokalità biex b’hekk negozji oħra jkunu jistgħu jimxu fuq dan l-eżempju, u b’hekk jgħinu lill-istess komunità.” |
| Preżenti | għall-konferenza ta’ l-aħbarijiet kien hemm rappreżentanza mill-Kunsilli tal-Mosta, San Ġwann, Santa Venera, il-Pieta, l-Iklin u s-Swieqi. Is-Sindki u kunsillieri esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal din l-iskema u għal kif għandha taffettwa l-artiġjanat u l-imprenditorija fil-komunitajiet tagħhom. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo kkonkluda billi qal li “permezz ta’ din u skemi oħra, nistgħu noħolqu l-kunċett tal-ħolqien ta’ l-impjiegi, fejn il-Kunsilli Lokali jistgħu jħarsu lejn in-negozji fil-lokalitajiet tagħhom mhux bħala tfixkil, iżda bħala entità li qegħdin iżidu l-impjiegi. Jiena nawgura li fi ftit żmien ieħor Kunsilli oħra jimplimentaw din l-iskema biex b’hekk jingħata tassew ġieh lil imprendituri u artiġjana fil-lokalitajiet.” |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946