Il-ministru George Pullicino jwieġeb lil kumitat kontra l-impjant għar-riċiklaġġ
pr1266
02/09/2005
Il-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino, illum wieġeb lil ‘Kumitat Kontra l-Impjant għar-Riċiklaġġ Kif Propost’.
Kopja ta’ din l-ittra qed tidher hawn taħt:
2 ta’ Settembru, 2005
| Is-Sur | Joe Sant Segretarju, Kumitat kontra l-Impjant għar-Riċiklaġġ kif Propost c/o 228, Triq is-Salini, Marsaskala |
| Sur | Sant, |
| Nirreferi | għat-talba tal-Kumitat tiegħek għall-estensjoni tal-perjodu ta’ konsultazzjoni, liema talba giet riferuta anke lill-media. Tajjeb tkun infurmat li hija l-MEPA l-Awtorita’ kompetenti f’dan il-każ u l-proċedura li għandha tintuża f’każ bħal dan toħroġ minn Artiklu 25 tar-regolamenti dwar l-Environment Impact Assessments (EIA). Jien nemmen li din il-proċedura qed tkun segwita b’mod tajjeb mill-MEPA. Jien infurmat li l-MEPA diġa kitbet lill-Kumitat tiegħek. Għalhekk ma narax lok għaliex il-Gvern għandu jintervjeni f’dan il-każ. |
| Madankollu | irrid infakkrek li dan il-proċess beda fl-2003, sentejn ilu u naħseb li dan hu żmien biżżejjed biex wieħed seta’ jagħmel l-analiżi kollha meħtieġa. Kull stadju tal-proċess kien, u għadu wieħed trasparenti u l-partijiet kollha nvoluti kienu nfurmati u nvoluti fil-fażijiet kollha tiegħu. |
| Irrid | nieħu din l-okkażżjoni wkoll biex nappella li m’għandu jsir ebda tentattiv li jista’ jwassal biex Malta titlef minn fondi allokati mill-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti biex l-impjant ta’ Sant’Antnin ikun mmodernizzat u l-impatt tiegħu fuq ir-residenti ta’ l-inħawi jitnaqqas kemm jista’ jkun. Biex dawn il-fondi ma jintilfux minn pajjiżna, dawn il-flus iridu jintefqu sa’ Ġunju ta’ l-2007. |
| Irrid | infakkrek ukoll li l-Environment Statement li ġie aġġornat jinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet li saru wkoll minn Profs Alfred Vella fir-rapport li kien ikkummissjonat mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn. Dan sar biex l-impatt li dan l-impjant jista’ jħalli jitnaqqas kemm jista’ jkun. |
| Fl-aħħarnett, | irrid nieħu din l-opportunita’ biex intenni l-appell tal-Gvern biex dan is-suġġett tant sensittiv u importanti jitħalla ‘l fuq minn opportuniżmu politiku. B’hekk biss nistgħu nimmiraw lejn kwalita’ ta’ ħajja aħjar għalina u għal ġenerazzjonijiet futuri. |
| Inselli | għalik, |
| George | Pullicino |
| Kopja | għall-mezzi tax-Xandir |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946