Left arrow Go Back

Skola Sajf 2005 f’Għawdex

pr1256
Date Icon 02/09/2005
Iktarminn 250 student ta’ livell primarju f’Għawdex attendew l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Skola Sajf, li ġiet offruta fi tlettax-il ċentru madwar il-gżira, fosthom mis-Sannat Special Unit għal tfal bi bżonnijiet speċjali.
Il-Ministrugħal Għawdex Giovanna Debono żaret żewġ ċentri ta’ Skola Sajf fejn tfal ta’ l-iskola kienu qed jgħaddu l-aħħar ġranet tal-btajjel tagħhom tas-sajf f’ambjent edukattiv. L-attivitajiet li ġew organizzati dan is-sajf kienu jinkludu sessjonijiet kreattivi li jinvolvu elementi ta’ pittura, drama, żfin, diskussjonijiet u sport flimkien ma’ żjajjar f’postijiet ta’ interess kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta. Miċ-ċentri t’Għawdex ġew organizzati żewġ inizjattivi speċifikament għall-istudenti Għawdxin: żjajjar ta’ sightseeing bil-helicopter bejn Għawdex u Malta, inkluż żjara ta’ familjarizzazzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, u programm ta’ attivitajiet hands-on marbut ma’ l-arkeoloġija, intenzjonat sabiex l-istudenti tagħna jitgħallmu japprezzaw iktar l-istorja u l-wirt storiku ta’ pajjiżna. Helicopteros del Sureste, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u Heritage Malta taw il-koperazzjoni kontinwa tagħhom sabiex dawn l-attivitajiet intlaqgħu tajjeb ħafna mill-istudenti żgħar. L-attivitajiet kollha li ġew organizzati din is-sena kienu mfassla fuq it-tema “It-Tfal: Ċittadini b’Impenn”.
Waqtli kienet qed iżżur żewġ ċentri f’Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono qalet li attivitajiet bħal Skola Sajf jagħtu valur miżjud lis-sistema edukattiva tagħna għaliex mhux biss joffru opportunita’ lit-tfal żgħar u lill-istudenti tal-kors universitarju B.Education b’attivitajiet kreattivi matul ix-xhur tas-sajf imma wkoll joħolqu atmosfera pożittiva u ta’ divertiment fl-iskejjel li matul ix-xhur l-oħra tas-sena jassumu r-rwol iktar akkademiku. Il-Ministru Debono qalet li l-iskejjel tagħna huma l-post fejn it-tfal tagħna jgħaddu l-iktar ħin u huwa għalhekk li l-Gvern qiegħed jinvesti b’tant saħħa fl-immodernizzar u l-introduzzjoni ta’ faċilitajiet state-of-the-art bħal laboratorji tal-computers u tax-xjenza kif ukoll faċilitajiet marbuta ma’ l-aċċessibilita’.
B’riferenzadiretta dwar l-attivitajiet ta’ Skola Sajf, il-Ministru Debono qalet li l-Ministeru għal Għawdex jagħti s-sapport kontinwu tiegħu lil din l-attivita’ annwali minn liema t-tfal ta’ l-iskola jassorbu b’mod dirett il-valur iktar olistiku tat-tagħlim.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow