Is-sussidji lis-Settur Agrikolu qeghdin jilhqu l-ghan taghhom
pr1248
02/09/2005
| B’riferenza għall-istqarrija tal-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni | dwar il-Biedja, Sajd u Żvilupp Rurali, l-Onor. Noel Farrugia, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent itenni li l-operaturi huma obbligati permezz ta’ l-Avviz Legali 234/04 li jinfurmaw lill-Ministeru bil-prodotti li jidħlu f’pajjiżna mill-Unjoni Ewropea sa 24 siegħa minn meta dawn il-prodotti jidħlu fis-suq Malti. |
| Din | il-proċedura ma tapplikax fil-każ ta' prodotti li ġejjin minn pajjizi terzi, għax l-Avviz Legali hu relatat ma' dak li hemm fit-Trattat ta' Sħubija, jiġifieri l-intra-community trade. Il-kummerċ ma' pajjizi terzi huwa rregolat minn ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-pajjiż konċernat, skond ir-regoli ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). |
| Għalhekk, | biex issir analiżi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi u l-prodotti li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, l-Ministeru dejjem jivverifika ma’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika. Bl-informazzjoni li tinħareġ minn dan l-Uffiċċju, l-operaturi fis-settur għandhom l-informazzjoni kollha dwar l-importazzjoni minn pajjizi terzi u x-xiri ta' prodotti minn pajjiżi membri. |
| Bħalma | jaf l-Onor. Noel Farrugia, din l-informazzjoni tinħareg b’mod regolari għax hu ta' spiss jirreferi għaliha fl-istqarrijiet tiegħu. |
| Fir-rigward ta’ l-allegazzjoni ta' kompetitivita' nġusta, il-Kelliem ta’ | l-Oppozizzjoni ghal dan is-settur, għandu jintalab jagħti l-provi ta' dan, għax l-allegazzjoni tiegħu qed titfa' dawl ikrah fuq l-operaturi jew l-importaturi li jixtru minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u minn dawk terzi. |
| Jidher ċar li l-Onor. Noel Farrugia għadu | jgħix fil-passat u għadu m’aċċettax il-politika suppost ġdida tal-Partit Laburista li titkellem favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Li naqas li jgħid il-Kelliem ta’ l-Oppozizzjoni hu li b’dak li wiegħed il-Partit Laburista, pajjiżna kien ikollu jiffaċċja suq liberalizzat xorta waħda, mingħajr ma jibbenefika mis-sussidji u l-għajnuniet ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-Gvern Malti. |
| L-Onor. Noel Farrugia jaf | tajjeb li dawn is-sussidji qed iservu l-għan tagħhom bħala l-ewwel saff ta’ protezzjoni u dan kien ikkonfermat ukoll minn statistika ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, li turi li d-dħul tal-bdiewa Maltin żdied u mhux naqas. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946