Stqarrija kongjunta mill-Ministeru ghat-Turizmu u Kultura u mill-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent: Opportunizmu mill-Kap ta' l-Oppozizzjoni dwar l-izvilupp ta' korsa tal-golf
pr1246
02/09/2005
Il-kummenti tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-iżvilupp ta’ golf course f’Malta jikkonfermaw kemm l-Onor. Alfred Sant hu moħħu biss fl-opportuniżmu politiku.
Fil-fatt Dr. Alfred Sant spiċċa vittma ta’ l-opportuniżmu tiegħu stess. Dan kien riaffermat fil-kummenti li ta lill-ġurnal The Times tal-bieraħ meta qal li l-Partit Laburista għadu ma ħax pożizzjoni dwar is-sit tal-korsa tal-golf f’pajjiżna għaliex kien qed jistenna r-reazzjoni tas-soċjetà ċivili.
| Sfortunatament pajjiżna huwa vittma tal-mod kif il-Partit ta’ l-Oppożizzjoni | jagħmel il-politika. Jagħmel dak biss li jista’ jwassal biex jintgħoġob mingħajr ma jagħti każ ta’ l-interess nazzjonali. |
| Bħala parti minn dan il-proċess ta’ opportuniżmu, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni | żar is-sit tax-Xagħra l-Ħamra, magħżul mill-MEPA bħala l-aħjar proposta biex issir korsa tal-golf f’pajjiżna, wara studju intensiv li sar fuq numru ta’ siti. |
| Fi żmien li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Dr. Alfred Sant kien Prim Ministru, | huwa kien ħatar kumitat, b’nies magħżula minnu, biex jagħtuh proposti ta’ fejn pajjiżna għandu jkollu korsa tal-golf. B’dan l-aġir, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qata’ barra mill-proċess lill-Awtoritajiet li għandhom kompetenza u responsabbilta’ fil-pajjiż. |
| Illum huwa ironiku kif l-istess Kap ta’ l-Oppożizzjoni qed jappella | lill-Gvern biex jimxi ”b’mod strateġiku”, meta l-ewwel ħaġa li għamel dan il-Gvern kien li qabbad lill-Awtorità responsabbli mill-ippjanar u l-ambjent f’pajjiżna, il-MEPA, biex tħejji rapport tekniku u tindika liema huma l-aħjar siti li jistgħu jiġu kkunsidrati għall-iżvilupp ta’ korsa tal-golf. Dan bl-aktar mod miftuħ u trasparenti possibbli, u kull deċiżjoni li qed tittieħed qed issir abbażi tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dak ir-rapport. |
| Mill-banda l-oħra, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qiegħed imur pass ieħor | ’l quddiem u fl-artiklu tiegħu f’It-Torċa tal-Ħadd li għadda, saħansitra indika hu stess liema huma s-siti li fihom għandha ssir korsa tal-golf. Dan mingħajr ebda parir tekniku jew kunsiderazzjoni ambjentali. Eżempju ċar ta’ arroganza politika anke mill-Oppożizzjoni. Li kieku l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni evalwa bis-serjetà r-rapporti tekniċi ta’ l-esperti mqabbda mill-MEPA kien jinduna li s-siti li qed jindika hu, bħala l-aħjar, għandhom restrizzjonijiet kemm loġistiċi u ambjentali. Eżempju ta’ dan huwa s-sit ta’ Pembroke li hu skedat fl-ogħla livell mill-MEPA; filwaqt li s-sit propost tax-Xagħra l-Ħamra mhuwiex skedat. |
| Bil-proposta tal-Gvern, iż-żoni skedati ma’ l-irdumijiet tax-Xagħra l-Ħamra | għandhom jibbenefikaw minn pjan ta’ mmaniġġjar serju li tabilħaqq iwassal biex il-poplu jkun jista’ jgawdi dawn iż-żoni ferm aħjar milli huma llum. |
| Il-Gvern irid għal darb’oħra jtenni li hu mpenjat li kemm jista’ jkun | ma jkunx hemm teħid ta’ art agrikola. Kien dan il-Gvern li waqqaf l-emoraġija ta’ art agrikola meta stabbilixxa konfini ta’ l-iżvilupp, liġijiet ta’ l-Ippjanar u Awtorità li tħares l-Ippjanar f’pajjiżna. Intennu li l-proċess tekniku dwar l-iżvilupp ta’ korsa tal-golf fis-sit tax-Xagħra l-Ħamra kien jinkludi l-ittri li rċevew il-bdiewa ta’ l-inħawi f’dawn il-jiem, pero’ dan bl-ebda mod ma jfisser li l-proċess huwa konkluż. Bħalma ntqal diversi drabi, l-impenn tal-Gvern biex tittieħed l-anqas art agrikola possibli, għadu hemm u dan se jittieħed in kunsiderazzjoni fl-istudji li ser isiru fuq is-sit. |
| Bħalma għamel diversi drabi tul l-aħħar snin, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni | għal darb’oħra qed jerġa’ jagħżel li jdoqq id-diska tal-ħbieb tal-ħbieb. Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jaf tajjeb li tagħżel fejn tagħżel, dejjem se tispiċċa b’sit li minnu se jkun hemm min jiggwadanja aktar minn ħaddieħor. Dan jgħodd ukoll għas-siti li qed jipproponi l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni nnifsu. Il-Gvern irid li jiżviluppa korsa tal-golf mhux għall-interess tal-ftit imma fl-interess tal-kompetittività tal-pajjiż kollu. |
| Il-Gvern se jibqa’ jkun konformi ma’ l-obbligi tal-liġijiet u | regolamenti ta’ pajjiżna f’dak li jirrigwarda żvilupp u ħarsien ambjentali. Madanakollu l-Gvern irid itenni d-determinazzjoni tiegħu li mhu se jħalli l-ebda opportuniżmu jew miżinformazzjoni twaqqfu milli jieħu dawk id-deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex jassiguraw il-kompetittivita’ ta’ pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946