Left arrow Go Back

DIPARTIMENT TAR-REĠISTRAZZJONI ĊIVILI

pr1240
Date Icon 01/09/2005
Ħinijietta’ ftuħ mill-1 ta’ Settembru 2005 sal-15 ta’ Ġunju, 2006 għall-applikazzjonijiet u ġbir ta’ passaporti
Id-Diretturtad-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili jgħarraf illi mill-1 ta’ Settembru, 2005 sal-15 ta’ Ġunju, 2006, l-Uffiċċju tal-Passporti, fi ħdan l-istess Dipartiment, ser ikun miftuħ għall-pubbliku f’ħinijiet indikati u fuq ġimgħa ta’ sitt ijiem mit-Tnejn sas-Sibt.
Għalhekkapplikazzjonijiet għal, u ġbir ta’ passaporti jistgħu jsiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7.30 a.m. u s-2.00 p.m. Kull nhar ta’ Erbgħa biss l-uffiċċju jkun miftuħ ukoll mit-3.00 p.m. sas-6.00 p.m. Is-Sibtijiet ikun miftuħ bejn 7.30 a.m. u 11.00 a.m.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġbiex jagħmel użu minn dawn il-ħinijiet speċjali biex jiġu evitati queues bla bżonn u jinqeda aktar malajr. B’hekk ikun qed jgħin biex jingħata servizz aħjar.
L-indirizz tad-Dipartimenttar-Reġistrazzjoni Ċivili, Sezzjoni Passaporti huwa 217, Triq San Pawl, Valletta , Malta . In-numri tat-telephone huma 2122 2286, 2124 6821 u Freephone 800 772386.

Formoli ta’ l-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Passaporti, mill-Għasses tal-Pulizija, mill-Kunsilli Lokali, Aġenti ta’ l-Ivvjaġġar u mill-Website  tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern: www.mjha.gov.mt/services/passports/passport.html

Il-pubbliku huwa mgħarrafukoll li l-Uffiċċju tal-Passaporti f’Għawdex jibqa’ miftuħ bejn is-7.30a.m. u 11.30 a.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa u s-Sibt bejn is-7.30a.m. u l-11.00 a.m. sa l-aħħar ta’ Settembru.
Mill-1 ta’ Ottubru2005, il-ħinijiet ikunu mit-7.45 a.m. sal-11.30 a.m. u mis-1.30 p.m. sal-4.00 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa u s-Sibt bejn is-7.30 a.m. u l-11.00 a.m.
In-numri tat-telephonehuma 2156 0770 u 2156 0791
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow