Left arrow Go Back

Premju Ħaddiem tas-Sena 2005

pr1235
Date Icon 31/08/2005
Il-Ministeruta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol nieda l-proċess li jwassal għall-għoti tal-Premju Ħaddiem tas-Sena 2005.  Għaldaqstant, il-Kumitat ta’ l-Għażla presedut mis-Sur Anthony Tabone, ser jilqa’ nominazzjonijiet minn gruppi ta’ mhux anqas minn għaxar ħaddiema, Trade Unions, Min iħaddem u Assoċjazzjonijiet ta’ Min Iħaddem u Organizzazzjonijiet Volontarji.  Dawk li diġà kienu nominati f’edizzjonijiet preċedenti tal-premju jistgħu jerġgħu jiġu nominati.  In-nominazzjonijiet se jintlaqgħu sal-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru 2005 u wara li ssir l-għażla mill-kumitat ir-rebbieħ tal-Premju Ħaddiem tas-Sena 2005 jitħabbar f’ Novembru 2005.
Dettaljidwar dan il-Premju ngħataw mill-Ministru responsabbli mix-xogħol waqt Konferenza ta’ l-Aħbarijiet li matulha tħabbru l-ismijiet tal-membri tal-Kumitat ta’ l-Għażla tal-Ħaddiem tas-Sena 2005.  Il-Kumitat se jitmexxa mis-Sur Anthony Tabone filwaqt li l-membri huma is-Sinj. Josephine Attard Sultana, is-Sinj. Matilde Balzan, is-Sur Mario Camilleri, is-Sinj. Nicolina Farrugia, is-Sur Philip Fenech, is-Sinj. Pamela Muscat u s-Sur Gaetano Tanti. Is-Segretarja tal-Bord hija is-Sinj. Margaret Abdilla.
Il-kriterjigħall-għażla tal-‘Ħaddiem tas-Sena 2005’ huma:

·     Li l-persuna tkun ċittadin u resident ta’ Malta;

·     Li jkun qeda dmirijietu ta’ ħaddiem b’onestà u effiċjenza;

·     Li jkun wera inizjattiva, inġenjożità u kreattività f’xogħlu jew għen biex jitkattar it-tisħib tal-ħaddiema fir-responsabbiltà u l-parteċipazzjoni fit-tmexxija tax-xogħol; jew b’sagrifiċċju personali saħħaħ is-solidarjetà fost sħabu wiċċ imb wiċċ mal-problemi;  Jew b’xi mod jew ieħor iddistingwa ruħu bl-għaqda li nissel, bis-servizz u bl-eżempju li ta, bil-kontribut li għamel lill-pajjiż, bis-sens ta’ dedikazzjoni li wera għall-ġustizzja u għad-dinjità tal-ħaddiema, jew bil-ħidma li wettaq biex jippromwovi opportunitajiet indaqs fuq il-post tax-xogħol.  

Il-Premju Ħaddiem tas-Sena beda jingħata sa mill-1988 b’inizjattiva tal-Ministru Louis Galea stess li dak iż-żmien kien Ministru tal-Politika Soċjali.  Ir-rebbieħa kollha tal-Premju s’issa kienu s-Sur Martin Grasso (1988), Dr Maria Sciberras M.D. (1989), is-Sur Richard Farrugia (1990), is-Sinj. Mary Vella (1991), is-Sinj. Rita Agius (1992), is-Sur Frans H. Said (1993), is-Sur Francis Cachia (1994), is-Sur Mario Sammut (1995), is-Sur Joe Sammut (1996), is-Sinj. Louisette Pace (1997), is-Sur Joseph Caruana (1998), is-Sur Anthony Bugeja (1999), is-Sur Joe Caruana (2000), is-Sur Alessio Camilleri (2001), is-Sur Edward Borg (2002), is-Sur George Borg (2003) u Sinjura Nora Macelli (2004).  

Formoli ta’ nominazzjoni qed jintbgħatu fil-Kunsilli Lokali kollha biex jitqassmu skond il-bżonn. Il-formoli għandhom jimtlew u jintbgħatu lill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, il-Furjana sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2005.  Kull min ikun irid formula ta’ nominazzjoni jista’ jikseb waħda jew mill-Kunsilli Lokali, jew mill-uffiċju tal-Customer Care tal-Ministeri kollha, jew inkella minn fuq il-website: www.education.gov.mt

Għal aktar tagħrif jew informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lill-uffiċċju tal-komunikazzjoni fuq in-numri 2598 2512/3 jew bl-e-mail communications.moed@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow