Appell lill-gwardjani biex ikun żgurat li r-Regolamenti ġodda dwar ’littering’ u ’dumping’ jilħqu l-għan tagħhom
pr1233
31/08/2005
| Il-Ministru | George Pullicino appella lill-gwardjani li se jkunu qed jinfurzaw ir-regolamenti l-ġodda dwar littering u dumping biex jużaw diskrezzjoni u għaqal biex ikun żgurat li jintlaħaq l-għan ewlieni ta’ dawn ir-Regolamenti – dak li tinqered il-pjaga ta’ min jarmi barra u żgur li mhux l-intenzjoni li ssir xi gwerra kontra persuni individwali. |
| George | Pullicino qal li l-għodda ta’ l-edukazzjoni hija importanti biex ikun żgurat li nwasslu l-messaġġ li l-għan ewlieni hu li jkollna pajjiż aħjar u aktar nadif għalina u għall-ġenerazzjonijiet futuri tagħna. Dan hu l-iskop ewlieni ta’ dawn il-korsijiet ta’ taħriġ li għandhom iwasslu biex il-gwardjani jkunu preparati kif jixraq biex jinfurzaw dawn ir-regolamenti. |
| Il-Ministru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qal dan meta kien qed jindirizza sessjoni ta’ taħriġ lill-wardens li se jkunu qed jinfurzaw ir-Regolamenti ġodda dwar littering u dumping. Dan peress li dawn ir-Regolamenti se jwasslu biex jinbidlu u jiġu aġġornati numru ta’ liġijiet biex jippermettu t-tħaddim tagħhom. Waħda mill-bidliet ewlenin se tkun propju l-introduzzjoni ta’ gwardjani pajżana li se jkollhom responsabbiltà fuq l-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti. |
| Il-Ministru | Pullicino qal li r-responsabbiltà aħħarija għat-tħaddim ta’ dawn ir-regolamenti hija tal-Kunsilli u permezz ta’ dawn ir-Regolamenti l-Gvern qed jipprovdi għodda għat-twettiq tagħhom. Hu fakkar li l-Gvern qiegħed iżomm id-dritt li jwettaq l-infurzar fiż-żoni kollha Maltin u Għawdxin, madanakollu l-ħsieb huwa li l-ħidma tal-Gvern tiffoka l-aktar fuq żoni rurali u ta’ sbuħija naturali, bajjiet u siti storiċi. |
| Hu | tenna li Kunsilli li jinħassu li mhux qegħdin jinfurzaw biżżejjed jew li jagħżlu li ma jipparteċipawx se jkollhom iż-żoni tagħhom infurzati mill-MEPA. |
L-Onor. Pullicino fakkar kif il-Gvern qed jagħmel il-parti tiegħu wkoll. Hu qal li bdiet kampanja ta’ informazzjoni li se tintensifika ruħha fil-jiem li ġejjin u ħarġet ukoll is-sejħa għall-proposti biex tiġi mibnija u miżmuma infrastruttura ta’ litterbins biex jiffaċilitaw kif wieħed jiddisponi mill-iskart tiegħu. Din is-sejħa diġà kienet pubblikata fil-mezzi tax-xandir lokali.
| Hu | qal li bħalma tħabbar fil-jiem li għaddew, ser jitwaqqaf kumitat ta’ sorveljanza biex jifli t-tħaddim tas-sistema u fejn hemm lok ta’ titjib fit-tħaddim tar-regolamenti dan isir ukoll. |
| Il-Ministru | George Pullicino qal li b’dawn ir-regolamenti l-Gvern jaf li mhux se jġib kollox perfett mil-lum għal għada pero’ fl-istess waqt il-Gvern hu determinat li jibqa’ jipprovdi l-għodda biex pajjiżna jkollu l-infrastruttura f’postha biex tabilħaqq il-poplu jkun jista’ jgħix aħjar. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946