Left arrow Go Back

L-AĠENT Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Tonio Borg iżur rekluti tal-pulizija li qed jagħmlu xogħol volontarju f’istituzzjonijiet filantropiċi

pr1229
Date Icon 30/08/2005
L-AġentPrim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Tonio Borg flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur John Rizzo għamlu żjara lil uħud mir-rekluti ġodda tal-pulizija, waqt ħidma volontarja li qed iwettqu fid-Dar il-Familja Mqaddsa fin-Naxxar, bħala parti mit-taħriġ tagħhom qabel jieħdu l-ħatra uffiċjali bħala pulziija. Kull kors ta’ rekluti tal-pulizija jinkludi ġimgħa ta’ xogħol volontarju f’istituzzjonijiet filantropici f’Malta u Ghawdex.
Danix-xogħol mir-rekluti ħafna drabi jsir f’istituti tat-tfal, djar ta’ anzjani u djar ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali. Ix-xogħol jikkonsisti f’tibjid, żebgħa, tindif u manutenzjoni ġenerali, jew għajnuna diretta lill-istaff fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum bħal per eżempju tqassim ta’ ikel, ġarr ta’ anzjani jew għajnuna fl-organizzar ta’ ħarġiet u logħob għat-tfal f’istituti.
B’dinis-sistema dawn ir-rekluti ġodda qed ikunu jagħtu madwar 2,000 siegħa xogħol volontarju lil numru ta’ organizzazzjonijiet u għaqdiet filantropiċi. Bħalissa l-ammont ta’ rekluti li qed jagħmlu xogħol volontarju f’madwar 20 istituzzjoni u għaqdiet imxerrda ma’ Malta u Għawdex huwa ta’ mija.
F’kelmtejnqosra lir-rekluti, l-Aġent Prim Ministru Tonio Borg qal li l-għan ewlieni ta’ dan ix-xogħol volontarju huwa li dawn ir-rekluti żgħażagh jingħataw l-opportunita’ biex fil-bidu tal-karriera tagħhom bhala pulizija jaħdmu mill-qrib ma’ dawk il-persuni fil-bżonn ta’ għajnuna. Huwa qal li tul il-karriera li għazlu dawn iż-żgħażagh ser jiltaqgħu ma’ ħafna nies vulnerabbli li ser ikollhom bżonn l-għajnuna, u din l-esperjenza żgur li ser tgħinhom jifhmu il-ħtiġijiet ta’ persuni fil-bżonn. Il-Ministru Borg saħaq fuq il-ħtieġa li bħala pulizija huma għandhom dejjem jiddefendu u jgħinu lil min hu fil-bżonn u kemm hu importanti li jagħdru lil dawn il-persuni.
L-AġentPrim Ministru qal li xogħol il-Pulizija huwa diffiċli imma fl-istess ħin jagħti sodisfazzjon, u għalhekk huwa importanti li wieħed jieħu iktar inizjattiva f’dak li jkun qed jagħmel, dejjem għall-aħjar tal-Korp kif ukoll għall-ħarsien taċ-ċittadin.
Is-SurJoe Rossi, amministratur tad-dar irringrazzja lill-Ministru u lill-Kummissarju  tal-Pulizija għall-ħidma ta’ dawn ir-rekluti, ħidma li taffiet xi ftit il-problemi li dawn jiffaċċjaw ta’ kuljum.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow