KORSIJIET TA' FILGHAXIJA U TA' L-ADULTI 2005-6
Aktar minn 160 kors differenti fi 300 klassi qed jigu offruti mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ghall-korsijiet ta' filghaxija u korsijiet ghall-adulti ghas-sena skolastika li jmiss. Il-Prospett tal-korsijiet tnieda dalghodu mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea u jista` jinkiseb mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, mill-Kunsilli Lokali u minn fuq is-sit ta' l-Internet www.eveningclasses.gov.mt. Id-Divizjoni tilqa` l-applikazzjonijiet bejn id-29 ta' Awissu u s-16 ta' Settembru 2005.
Il-Ministru Galea qal li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ghandha rwol importanti hafna fil-provvediment ta' edukazzjoni lill-adulti f'livelli differenti. Hu qal li flimkien ma' l-MCAST, l-Universita' u diversi istituzzjonijiet edukattivi ohrajn, id-Divizjoni toffri opportunitajiet ta' edukazzjoni tul il-hajja permezz tal-korsijiet li toffri li jvarjaw minn snajja' ghal suggetti akkademici, minn korsijiet ta' litterizmu baziku ghal suggetti li joffru certifikazzjoni bhall-'O' u 'A' Levels/SEC u Matrikola u 'City and Guilds'.
Louis Galea qal li ghalkemm f'dan is-settur ghad fadal hafna x'isir, illum hawn aktar gharfien minn kulhadd dwar l-importanza tat-taghlim tul il-hajja u dan qed iwassal biex diversi istituzzjonijiet edukattivi, kemm ta' l-istat kif ukoll privati qed jizviluppaw aktar programmi edukattivi imfasslin ghall-adulti.
Skond statistika ppubblikata mill-Ufficcju Nazzjonali ta' l-Istatistika, matul is-sena 2003 'il fuq minn 15,000 persuna attendew xi kors ta' taghlim jew tahrig moghti minn wahda mill-istituzzjonijiet li joffru taghlim u tahrig ghall-adulti. Dan juri zieda ta' 32% fuq is-sena ta' qabel. Is-sena li ghaddiet ghall-korsijiet tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni biss attendew aktar minn 7600 persuna.
Kull min hu nteressat ghandu jikseb kopja tal-Prospett biex jara x'korsijiet hemm. Il-Prospett jaghti informazzjoni dwar fejn isiru l-korsijiet u l-hinijiet. Hemm ukoll informazzjoni dwar il-hlas li jrid isir ghal kull kors liema hlas hu nominali u m'ghandu jkun ta' xkiel ghal hadd. Il-korsijiet ta' edukazzjoni bazika u ta' litterizmu huma b'xejn. Anzjani li ghandhom il-kartanzjan ukoll jiehdu l-ewwel kors taghhom b'xejn u kazijiet socjali jitqiesu skond il-kaz. Din is-sena komplew jizdiedu l-korsijiet tal-kompjuter, fosthom ghac-certifikat ECDL. Minhabba d-domanda li kien hemm is-sena li ghaddiet din is-sena id-Divizjoni qed toffri mal-40 kors differenti.
Il-Ministru qal li d-Divizjoni qed tirsisti biex ittejjeb is-servizz ta' taghlim baziku fil-litterizmu u n-numerizmu. Sar progett pilota ma' parrocca partikolari fejn il-litterizmu gie mghallem permezz tal-kompjuters. Tnediet ukoll skema gdida b'kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali biex isiru korsijiet ta' litterizmu fl-Ingliz. F'din l-iskema ppartecipaw 10 kunsilli u mal-120 persuna.
Sadattant ic-Centru tal-Litterizmu offra korsijiet ghal madwar 300 adult li uhud minnhom segwew ukoll kors ghal min irid jiftah negozju ghal rasu. Il-Ministru qal li l-Gvern irexxielu jikseb mal-125,000 Ewro mill-Fondi Socjali ta' l-UE biex jigu mharrga nies biex jghallmu l-korsijiet ta' edukazzjoni bazika u biex jigi zviluppat materjal edukattiv.
Il-Gvern irnexxielu jikseb ukoll fondi biex tigi estiza l-iskola ta' l-Arti f'Ghawdex u biex f'Ghawdex ukoll jigi zviluppat Centru ghall-Snajja' b'diversi korsijiet.
Louis Galea qal li filwaqt li qed isiru avvanzi kbar f'dan is-settur il-Gvern hu konxju li jrid jaghmel hafna aktar u jkompli jevolvi is-sistemi u l-istrutturi li ghandu biex is-servizz li joffri ikun wiehed ta' kwalita', rilevanti u flessibli bizzejjed biex ilahhaq mal-bidliet li qed isehhu fid-dinja tax-xoghol. Hu qal li l-Grupp ta' Hidma dwar il-Hiliet Bazici ta' l-Adulti (Adult Basic skills Working Group) li kien waqqaf fi Frar ta' din is-sena qed jevalwa s-servizz li jinghata f'dan is-settur kemm minn strutturi ta' l-Istat kif ukoll mis-settur mhux governattiv, biex jigu proposti Strategija u Pjan ta'Azzjoni Nazzjonali. Minn stharrig li ghamel il-Grupp ma' l-istakeholders fil-qasam, hareg li:
- 97% qalu li l-istrategija trid tkun imsejsa fuq participazzjoni wiesgha li tinkludi skejjel u istituti edukattivi, Kunsilli Lokali, il-volontarjat u entijiet pubblici u governattivi;
- 98% qalu li l-istrategija ghandha tinkludi ko-operazzjoni ma' min ihaddem sabiex il-hiliet bazici relatati max-xoghol ikunu zviluppati.
Ir-rapport ta' dan il-grupp ta' hidma hu mistenni li jigi pprezentat lill-Gvern f'Jannar li gej.
Il-Ministru fakkar li anke Malta trid tahdem biex tilhaq il-miri ta' Lisbona biex l-ekonomija taghna tkun wahda b'sahhitha msejjsa fuq it-taghlim u l-gherf. L-edukazzjoni tul il-hajja hi wahda mill-elementi ewlenin biex dan nilhquh.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946