L-AGENT PRIM MINISTRU TONIO BORG JINAWGURA MARATONA TA' LOGHOB TA' DRAUGHTS TAHT IL-BAHAR
pr1227
29/08/2005
| L-Agent Prim Ministru u Ministru tal-Gustizzja u l-Intern Tonio Borg | inawgura ufficjalment maratona ta' 50 siegha ta' loghob ta' draughts taht il-bahar. Il-maratona li qed issir bil-ghajnuna tas-Seahorse Diving Club u l-koperazzjoni tal-Mediterranea Marine Park qed tigi organizzata biex jingabru fondi ghall-Eden Foundation. |
| F'kelmtejn qabel l-inawgurazzjoni l-Agent Prim Ministru qal li huwa | unur ghalih li kien mistieden biex jiftah din il-maratona. Il-Ministru Borg qal l-Eden Foundation u ghaqdiet ohra volontarji f'dan il-qasam mhux biss qed jghinu lit-tfal involuti personalment imma qed jghinu biex ingibu 'l quddiem id-drittijiet ta' dawn it-tfal. |
| L-Eden Foundation, sostna l-Ministru Borg biddlet il-mentalita' ta' | kif inharsu lejn dawn it-tfal. Il-Gvern jista' jaghmel ligijiet, izda jridu jkunu n-nies li jibdlu l-attitudni biex jassiguraw li dawn l-persuni bi bzonnijiet specjali jkunu jistghu ihossuhom parti mis-socjeta'. |
| Il-Ministru Borg sejjah li Dr Josie Muscat, fundatar ta' l-Eden | Foundation bhala "bniedem ghall-ohrajn" li bil-hidma kontinwa tieghu ghen mijiet u mijiet ta' tfal. L-Eden Foundation taghmel xoghol siewi fit-tahrig, l-edukazzjoni, it-terapija u rijabilitazzjoni ta' tfal bil-ghan li dawn jigu mghejjuna jghixu hajja indipendenti biex jintegraw fis-socjeta'. |
| Huwa rringrazzja lil madwar 60 ghaddas li hadu sehem f'din | il-maratona u waqt li jipprattikaw l-isport jew attivita' favorita taghhom ikunu qed jghinu lill-haddiehor. B'dan huma mhux biss qed jghinu lil Fondazzjoni li qed tghin lit-tfal, imma jkunu qed jghinu lil Malta. Huwa heggeg ghaqdiet ohra biex huma wkoll "jaghmlu xi haga ghal haddiehor'. Ikun ta' sodisfazzjoni li wiehed ikun jista' jghid li huwa jkun ghamel xi haga utli biex jghin lil ghajru. |
| L-Agent Prim Ministru awgura success ghall-maratona u heggeg lil | kulhadd biex ikun generuz. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946