Left arrow Go Back

Attivita’ miż-żgħażagħ favur għaqdiet filantropiċi

pr1222
Date Icon 26/08/2005
Fil-parkeġġtar-Razzett tal-Ħbiberija f’Marsaskala ġie nawgurat il-festival ‘Heart of Gold’ li d-dħul mill-biljetti għalih, mill-album tad-diski li ġie rrekordjat  mill-kantanti li qed jieħdu sehem fil-festival, u mill-bejgħ mill-istands, se jmur għall-erbatax-il dar residenzjali tal-Knisja u għar-Razzett tal-Ħbiberija.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura din l-attivita’ filantropika li qed tiġi organizzata mill-Young Talent Team bil-parteċipazzjoni ta’ kantanti, kumpaniji taż-żfin u live band,  kif ukoll artisti u DJs barranin.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech feraħ lil Young Talent Team għal din l-inizjattiva tagħhom li kienet qed isir għal skop filantropiku b’risq mijiet ta’ tfal fid-djar residenzjali tal-Knisja u persuni b’diżabilitra’ li jattendu r-Razzett tal-Ħbiberija.
“Dinil-ħidma miż-żgħażagħ hi ta’ min jappoġaha għaliex turi fil-prattika li ż-żgħażagħ Maltin jagħtu każ tal-ħtiġiet ta’ żgħażagħ bi ħtiġijiet differenti tant li lesti li ma jeħdux il-vakanzi tagħhom biex jagħtu ħinhom ħalli jnaqqsu mit-tbatijiet ta’ ħaddieħor,” qal il-Ministru Zammit Dimech.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li ried jirringrazzja wkoll lil dawk il-kantanti li ħadu l-inizjattiva li jirrekordjaw il-kanzunetta ‘Heart of Gold’ li d-dħul minnha qed imur ukoll għad-djar tal-Knisja u għar-Razzett tal-Ħbiberija. Hu qal li inizjattivi ta’ dan it-tip jikkontribwixxu biex ixerdu tbissima fejn m’hemmx.
Il-MinistruZammit Dimech qal li attivitajiet bħal dawn kienu jenħtieġu l-fondi u għalhekk xtaq jirringrazzja lid-diversi sponsors, fosthom lill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, għall-appoġġ finanzjarju tagħhom.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura awgura lill-Young Talent Team kull suċċess fl-inizjattiva tagħhom u li jkun hemm aktar għaqdiet li jieħdu inizjattivi simili favur dawk bi bżonnijiet differenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow