Left arrow Go Back

Insaħħu l-iskejjel tagħna

pr1221
Date Icon 26/08/2005
L-Onor. Giovanna Debono,Ministru għal Għawdex, dalgħodu ppreżentat numru ta’ personal computers għall-użu fl-iskejjel primarji, sekondarji u speċjali t’Għawdex lill-Assistent Direttur ta’ l-Edukazzjoni f’Għawdex, is-Sur Carmel Attard.
F’diskorsqasir li għamlet, il-Ministru Debono tkellmet dwar l-investiment qawwi li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jagħmel sabiex isaħħaħ l-iskejjel f’Għawdex kemm mil-lat infrastrutturali kif ukoll fir-rigward ta’ servizzi edukattivi u faċilitajiet offruti fil-gżira.
GiovannaDebono qalet li l-Ministeru tagħha nvesta iktar minn Lm1.1 miljun mill-1998 sal-lum – investiment indirizzat għall-immodernizzar ta’ l-iskejjel, il-provvista ta’ faċilitajiet moderni marbuta mat-teknoloġija u x-xjenza avvanzati, kif ukoll programm ta’ aċċessibilita’ fl-iskejjel għal studenti bi bżonnijiet speċjali.
Il-MinistruDebono qalet ukoll li matul dawn l-aħħar snin Għawdex ra diversi inizjattivi edukattivi fosthom il-ftuħ ta’ żewġ istituti ta’ l-MCAST, il-ftuħ ta’ Literacy Centre, il-bidu ta’ Skola Sport, iż-żieda fil-korsijiet offruti miċ-Ċentru ta’ l-Universita’ f’Għawdex, kif ukoll ix-xiri ta’ iktar minn 15,000 ktieb ġdid għal-libreriji t’Għawdex li minnhom l-istudenti jagħmlu użu qawwi matul is-snin tagħhom fl-iskola.
Iż-żiedafil-computers fl-iskejjel t’Għawdex, din id-darba għall-użu mill-kapijiet ta’ l-iskejjel, ser jikkumplimentaw in-numru ta’ computers diġa’ eżistenti fl-iskejjel kollha t’Għawdex li llum huma medja ta’ computer għal kull ħames studenti fil-livell primarju, u computer għal kull tnax-il student fil-livell sekondarju, minbarra l-computer laptop lil kull għalliem f’kull skola diġa’ għandu.
Il-MinistruDebono qalet li l-Ministeru għal Għawdex ħass li għandu jkompli jinvesti fil-qasam ta’ l-informatika fl-iskejjel anke sabiex l-istess skejjel ikunu iktar effiċjenti fl-operat tagħhom għall-ġid ta’ l-istudenti f’Għawdex. Il-Ministru Debono qalet li l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex b’riżq l-istudenti Għawdxin qiegħed ikompli anke f’dawn ix-xhur bit-twettieq ta’ xogħol infrastrutturali ta’ modernizzar fl-iskejjel primarji ta’ Sannat, Victoria, Nadur, Xagħra, San Lawrenz u l-iskola sekondarja Agius de Soldanis.
Iktarxogħlijiet huma ppjanati għax-xhur li ġejjin fosthom dawk fl-iskejjel primarji tax-Xewkija u fiċ-Ċentru għal Studji Avvanzati Sir Mikelanġ Refalo.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow