Left arrow Go Back

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN JINSISTI FUQ GĦAJNUNA LIL MALTA BIEX TAFFRONTA S-SITWAZJONI TA’ L-IMMIGRANTI ILLEGALI

pr1209
Date Icon 19/08/2005
Il-Ministerutal-Ġustizzja u l-Intern jinnota b’sodisfazzjoni stqarrija ta’ l-UNHCR li qalet li tittama li Malta ssib l-appoġġ biex tiffaċċja l-problema serja ta’ mijiet ta’ immigranti li qed jaslu Malta regolarment, u li qed jagħmlu pressjoni kbira fuq ir-riżorsi kemm finanzjarji u kemm umani tal-pajjiż.
B’dankollu, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jemmen li l-UNHCR jeħtieġ tagħmel ħafna iktar milli għamlet s’issa, biex tgħin lil Malta għal ‘resettlement’ f’pajjiżi ta’ l-Ewropa u barra mill-Ewropa, għal dawk li ngħataw protezzjoni f’Malta.
Kifdiġà stqarr il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Tonio Borg, il-Gvern Malti mhu qed jeskludi ebda ‘option’, għax ma jafx kif ser tiżviluppa s-sitwazzjoni fil-futur.
Biss,u dan il-Gvern Malti diġà afferrmah, kull azzjoni li jista’ jieħu, ser joħodha skond id-drittijiet li tagħtih  il-liġi internazzjonali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow