AVVIŻ MID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA DWAR IL-MEDIĊINA TAMIFLU
pr1201
18/08/2005
| Wara | xi rapporti li dehru f’sezzjoni ta’ l-istampa, li jistgħu joħolqu xi allarm fost in-nies, id-Diviżjoni tas Saħħa għal darb’oħra tavża li l-Gvern għamel ordni għall-mediċina ‘Tamiflu’ li għandha tkun suffiċjenti għall-bżonnijiet tal-poplu Malti, jekk tfaqqa’ l-pandemija ta’ l-influenza. |
| L-ammont | ordnat huwa skond kif rakkomandat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Kif diġà stqarret id-Diviżjoni għal diversi drabi, mediċina biżżejjed biex tittratta 50,000 ruħ se tkun Malta sa l-aħħar tas-sena, u provvista għal ħamsin elf (50,000) ruħ oħra tasal is-sena d-dieħla. Din il-mediċina tingħata b’xejn lil kull min ikun ċertifikat minn tabib li jkun qed ibati mill-influenza pandemika. |
| Il-mod | ta’ kif titqassam il-mediċina, la darba tibda l-pandemija jkun mgħarraf lill-pubbliku fil-mument opportun. |
| Id-Diviżjoni | tas-Saħħa tikkundanna lil dawk is-sezzjonijiet tal-media li fir-rapurtaġġ tagħhom qed jiżgwidaw lill-pubbliku bl-informazzjoni li tingħata. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946