Left arrow Go Back

IL-GVERN JIPPUBBLIKA RAPPORT TAL-KUNSILL TA’ L-EWROPA DWAR ĊENTRI TA’ DETENZJONI TA’ L-IMMIGRANTI

pr1193
Date Icon 16/08/2005
Il-Gvern ippubblika rapport tal-Kumitat għall-Prevenzjoni mit-Tortura uTrattament Inuman u Degradanti tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar żjara li dan il-Kumitat għamel f’Jannar tas-sena li għaddiet.  Għalkemm ma għandu ebda obbligu li jippubblika dan ir-Rapport li hu wieħed konfidenzjali, il-Gvern xorta waħda - kif għamel fl-imgħoddi - iddeċieda li jqassam dan ir-Rapport u jagħmlu pubbliku.
Dan il-Kumitat għandul-funzjoni illi jżur ħabsijiet u ċentri ta’ detenzjoni fl-Ewropa kollha u jagħmel rapporti lill-Gvernijiet tal-pajjiżi li jżur. Meta jagħmel hekk jagħmel kummenti dwar dak li jara u x-xogħol tiegħu hu wieħed preventiv.
Dan ir-Rapport hu dedikat kważi kollu kemm hu għad-detenzjoni ta’immigranti illegali.  Il-Gvern flimkien mar-Rapport ippubblika wkoll żewġ risposti tiegħu għal dan ir-Rapport.
Ir-Rapport jibda biex jgħid li l-kooperazzjoni li rċeviet id-delegazzjonili ġiet Malta kienet b’mod ġenerali tajba ħafna u li din ingħatat aċċess minnufih (“prompt access”) liċ-ċentri ta’ detenzjoni.

Ir-Rapport hu maqsum f’sezzjonijiet differenti.

Detenzjoni

Ir-Rapport jibda biex jirrikonoxxi l-gravita` tal-problema ta’ l-immigrazzjoniirregolari f’Malta.  Fl-istess ħin jagħmilha ċara li hu ma jaqbilx mal-liġi Maltija li timponi detenzjoni awtomatika fuq kull persuna li tidħol Malta kontra l-liġi.
Il-Gvern spjega li dan hu meħtieġ minħabba ċ-ċokon ta’ pajjiżna, ud-densita’ qawwija tal-popolazzjoni li jagħmel minn Malta l-iżgħar pajjiż fl-Ewropa u dak li hu bl-ikbar densita` ta’ popolazzjoni.  Hu għalhekk fl-interess nazzjonali li din il-liġi tibqa’. Li wieħed jitlaq barra fit-triq persuni li jidħlu Malta illegalment – kif issugerixxa r-Rapport - joħloq kaos soċjali f’soċjeta’ żgħira, jagħmel lil Malta attraenti għal min irid jabbuża, joħloq problemi kbar ta’ akkomodazzjoni, u problema ta’ kif dawn in-nies, meħlusin fit-triq, jiksbu l-għixien tagħhom.
B’danakollu il-Gvern Malti, kif jirriżulta mir-Risposta tiegħu, ħa miżurisabiex din il-liġi, fl-applikazzjoni tagħha, ma jkollhiex effetti mhux umani.  Hekk
a)minorenni, il-ġenituri tagħhom, u persuni vulnerabbli qed jinħelsu wara biss ftit ġranet;
b)kull persuna f’detenzjoni tista’ tapplika quddiem Bord biex tinħeles jekk tipprova li l-perjodu ta’ detenzjoni tagħha m’għadux raġjonevoli;
c)kull persuna li l-każ tagħha għal status ta’ refuġjat wara sena jkun għadu pendenti, tinħeles provvisorjament

Allegazzjonijiet ta’ trattament ħażin

Il-Kumitat ma wasal għall-ebdakonklużjoni li sab xi evidenza li persuni ġew imsawta,  iżda talab spjegazzjonijiet dwar allegazzjonijiet ta’ trattament ħażin.
L-ewwel inċident imurlura tliet snin meta intużaw ‘rubber bullets’ wara rewwixta vjolenti f’Ta’ Kandja.  Wara li l-Gvern irċieva r-Rapport, dan il-kaz irreferih lill-Bord tal-Pulizija presedut minn Imħallef indipendenti.
It-tieni inċident (Novembru2003) kien jirreferi għal persuna, raġel mill- Alġerija li kien il-ħabs wara li kkommetta serq u ħsara volontarja.  Meta dan ir-raġel ħareġ mill-ħabs, ġie meħud Ħal-Far fejn inżamm sakemm jitkeċċa minn Malta , peress li t-talba tiegħu għal status ta’ refuġjat ġiet miċħuda.    Waqt li kien Ħal-Far, dan ir-raġel  ħa sehem f’rewwixta u ikkaġuna ħsara volontarja waqt li kien qed iservi sentenza ta’ ħabs sospiża. Ir-raġel reġa ntbagħat il-ħabs u wara li serva s-sentenza ġie meħud Ħal-Far, biex jitkeċċa. Minn Ħal-Far ittieħed diversi drabi l-Isptar Monte Carmeli. Meta ġie rilaxxat fuq ċertifikat tat-tobba ta’ l-Isptar, huwa inżamm id-Depot tal-Pulizija peress li f’dak il-ħin kienu għaddejjin protesti vjolenti fiċ-Ċentru ta’ Ħal-Far. Dan l-Alġerin, waqt li kien fil-lock up tad-Depot, ikkommetta suwiċidju. Saret Inkejsta Maġisterjali u l-Gvern wiegħed li jagħti lill-Kumitat kopja ta’ l-Inkjesta malli din tkun lesta.  Din tlestiet fil-ġimgħat li għaddew.  Ir-rapport   ta` l-Inkjesta tal-Magistrat Inkwirenti ma sab ebda irregolarita` jew ksur ta` liġi bil-mod kif agixxew l-awtoritaijiet kompetenti.
It-tielet inċidentjirrigwarda intervent mill-SAG wara li żewġ immigranti illegali qabdu jiġġieldu.  Il-Kumitat sema’ allegazzjonijiet li l-SAG meta intervjenew użaw wisq forza; il-pulizija għamlet inkjesta interna dwar dan u ittieħdet azzjoni dixxiplinarja kontra wieħed mill-Pulizija. Kopja ta’ din l-investigazzjoni intbagħtet lill-Kumitat.

Riptariju ta` l-Eritrej

Il-Kumitat talab informazzjoni dwar kawża kostituzzjonali istitwita minn xiċittadini Eritrej li kienu ser jiġu ripatrijati u li allegaw li ma ngħatawx smiegħ xieraq tal-każ tagħom fil-Bord ta` l-Appell  dwar ir-Rifuġjati.
Din il-kawża ġiet deċiza u l-Qorti ta` ġurisdizzjoni kostituzzjonali ċaħdetit-talbiet taċ-ċittadini Eritrej u sabet li ma kien hemm ebda vjolazzjoni tad-dritt ta` smiegħ xieraq (fair hearing). Kopja tas-sentenza intbagħatet lill-Kumitat.
Fl-istess waqt, il-Gvern bagħat kopja tal-konklużjonijiet ta` l-Inkjesta Maġisterjali indipendenti likkonkludiet f`Settembru 2004 illi l-awtoritaijiet kompetenti Maltin imxew regolarment u skond il-liġi fir-ripatriju taċ-ċittadini mill-Eritrea fl-2002.

Kundizzjonijiet

Il-Kumitat ikkritika l-aspett ta’ ħabs taċ-ċentri ta’ detenzjoni uappella lill-Gvern biex itejjeb il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni.  B’reazzjoni għal dawn il-kummenti l-Gvern mill-2004 lil hawn
a)ikkonverta bini li kemm fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi , f’akkomodazzjoni għall-immigranti sabiex b’hekk ikun hemm akkomodazzjoni ‘aħjar’.  Maħżen ieħor qed jiġi konvertit għal dan l-iskop.
b)kmieni din is-sena bdiet il-kostruzzjoni ta’ ċentru ġdid imfassal apposta għad-detenzjoni ta’ immigranti.
Ħafna mir-rakkomandazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet ġew sodisfattib’din in– nefqa kapitali li saret u qiegħda issir. Iżda  sakemm l-influss jibqa’ ġej, ma jistax jiġi eskluż l-użu tat-tined.
Il-Gvern wieġeb lill-Kumitat fis-sens li dan għandu japprezza li Malta mahiex attrezzata li tilqa’ u takkomoda numru kbir ta’ immigranti u li dawk li huma ġenwinament refuġjati jew li ħaqqhom protezzjoni, fil-fatt inħelsu f’medda qasira ta’ żmien.
Il-Kumitat għamel rakkomandazzjonijiet dwar il-kura medika. Fil-fatt miż-żjarafl-2004 issa hemm grupp ta’ tobba u nurses li jżuru ċ-ċentri regolarment, u hemm ħsieb li das-servizz jiżdied.
Sadanittant twaqqaf ukoll ‘Servizz ta’ Detenzjoni’ sabiex ikun hemmkollaborazzjoni aħjar taħt kmand wieħed bejn l-Armata u l-Pulizija li jaqdu dmirhom fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni.
Il-Gvern irringrazzja lill-Kumitat taż-żjara tiegħu u wera x-xewqa illianki dan il-Kumitat jagħmel pressjoni fuq l-organi kompetenti sabiex jagħtu assistenza lil pajjiżna li qed jiffaċċja kriżi mhux żgħira f`dan il-qasam.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow