Left arrow Go Back

Laqgħa għall-ġenituri rigward id-dokument “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll”

pr1191
Date Icon 16/08/2005
Waralaqgħa li l-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel (AKS) kellha mal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Louis Galea dwar ir-riforma fl-edukazzjoni ta' uliedna, inħasset il-ħtiega li ssir laqgħa ta' informazzjoni għall-ġenituri u dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar din ir-riforma.
Għalhekkl-AKS se torganizza laqgħa ta' informazzjoni fid-Dolmen Resort Hotel nhar il-Ġimgha, 2 ta' Settembru 2005 bejn is-7.00 u d-9.00 ta’ filgħaxija fejn se jiġi diskuss id-dokument “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll”.
Waral-laqgħa se jsir riċeviment ħdejn il-pool.  Id-dħul huwa b'xejn u l-biljetti jinġabru mill-AKS c/o Ministeru ta' L-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Floriana mit-Tnejn, 22 ta’ Awissu sal-Ġimgħa, 26 ta’ Awissu bejn id-9.00 ta’ filgħodu u nofs in-nhar. Dħul mingħajr biljetti mhux permess. Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu fuq 2598 2525.
Il-Ministeruta’ l-Edukazzjoni għalhekk iħeġġeġ lil dawk kollha interessati u b’mod partikolari lill-ġenituri biex jipparteċipaw f’din il-laqgħa fejn minbarra li jsegwi preżentazzjoni biex jifhmu aħjar x’qed jiġi propost ikollhom ukoll l-opportunità jistaqsu d-domandi u jagħtu l-opinjonijiet u s-suggerimenti tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow