AVVIŻ MID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA DWAR IL-MEDIĊINI KONTRA L-VIRUS TAL-PANDEMIJA
pr1180
11/08/2005
| Id-Divizjoni | tas-Saħħa waslulha diversi rapporti li tobba u spizjara qed jieħdu ordnijiet bil-quddiem għall-mediċini kontra l-virus tal-pandemija kif ukoll għall-vaċċin kontra din l-istess marda. |
| Id-Divizjoni | tas-Saħħa tavża lill-pubbliku li fil-preparamenti li qed isiru għall-eventwalita’ li jkun hawn pandemija, il-Gvern diġa’ ordna vaċċini u mediċini bizzejjed biex ikopru l-ħtiġijiet tal-poplu. |
| Id-Divizjoni | tavza ukoll li l-mediċini għandhom jittieħdu biss fuq ordni tat-tabib wara li jkun konfermat li l-individwu jkun qed ibati mill-influwenza pandemika u mhux bħala prekawzjoni. Jista’ jkun ta’ ħsara jekk il-mediċini jittieħdu biex wieħed jilqa’ kontra l-influwenza. |
| Id-Divizjoni | tfakkar li huwa kontra l-liġi li tobba jbiegħu b’mod dirett mediċini lill-pazjenti. Huwa daqstant kontra l-liġi li spizjara jordnaw u jfornu jew jamministraw mediċini u vaċċini kontra l-virus mingħajr riċetta ta’ tabib. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946