Left arrow Go Back

TIBDIL FI PROĊEDURI U TNAQQIS FIT-TARIFFI TAL-QORTI

pr1171
Date Icon 09/08/2005

1.         Mill-1 ta’ Awissu ta’ din is-sena daħlet fis-seħħ l-ittra uffiċjali eżekuttiva għal debiti li ma jaqbżux il-ħamest’elef lira (Lm5,000).  Din l-ittra uffiċjali tingħaqad ma’ dik li daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Awissu, 2004 għar-rigward tal-kambjali.  

2.         Fl-istess ġurnata, jiġifieri fl-1 ta’ Awissu 2005, daħlet fis-seħħ ukoll l-emenda li permezz tagħha l-kawżi ta’ proprjetà jridu jsiru kollha kemm huma fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.  Għalhekk, dawk li huma taħt il-ħamest’elef lira (Lm5,000) ma jistgħux isiru fil-Qrati tal-Maġistrati.  

3.         Ma’ dawn, saru wkoll numru ta’ emendi fit-tariffi tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.  Dawn l-emendi, kuntrarjament għal dak li ntqal minn sezzjoni tax-xandir, naqqsu l-ħlas li kien jitħallas qabel f’numru ta’ setturi.  Dan sar għal numru ta’ raġunijiet, fosthom li l-Gvern kien intrabat li jnaqqas u jirfina dawk il-partijiet tat-tariffi li, fl-opinjoni tiegħu, ma tawx ir-riżultati mistennija, kif ukoll minħabba ż-żewġ emendi msemmija aktar ’il fuq.  

4.         Irid jingħad li kien hemm is-segwenti tnaqqis:-  

a)Il-kawżi ta’ jattanza kif ukoll dawk possessorji kollha, u mhux dawk ta’ spoll biss, tnaqqsu b’50%.
b)Il-kawżi marbuta ma’ l-eżekuzzjoni ta’ konvenji jew wegħdi ta’ trasferimenti ta’ mobbli jew immobbli, wkoll tnaqqsu b’50%.
ċ)Il-kawżi marbuta ma’ korrezzjonijiet jew tħassir f’ċertifikati tat-twelid, żwieġ jew mewt, li qabel kienu meqjusa bħala kawżi normali, issa ser iħallsu Lm10 biss.
d)Il-kawżi fejn it-talba tkun biex il-Qorti tiddikjara li l-attur ikollu dritt ta’ proprjetà jew proprjetà kontra persuna oħra naqas għall-ispiża bażika ta’ Lm100.
e)Fil-proċedura ta’ ritassa jew ratizzazzjoni li qabel kienu kkonsidrati bħala kawża issa tnaqqsu għal Lm40.
f)In-notifiki lill-konsulenti legali, flok Lm3 niżlu għal Lm1.
ġ)L-ittri uffiċjali, li qabel kienu Lm10, issa niżlu għal Lm5.
ħ)Il-fotokopji ta’ dokumenti, minn 25ċ issa niżlu għal 15ċ.
i)Ir-risposti ta’ l-appell, minn Lm75 niżlu għal Lm30.
j)L-affidavit, minflok Lm5 niżel għal Lm3.
k)Il-kontro-mandati, minn Lm15 niżlu għal Lm7.50.
l)Ir-rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ mobbli, minn Lm75 niżlu għal Lm25.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow