Xogħol intensiv ta’ titjib u tisbiħ fuq ir-rotta bejn l-Ajruport Internazzjonali u l-Belt Valletta
pr1163
08/08/2005
| Qabad | ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ tisbiħ u rranġar fuq ir-rotta bejn l-Ajruport u l-Belt Valletta. Din hija meqjusa bħala l-vetrina ta’ Malta għal bosta turisti li jżuru pajjiżna. Dan ix-xogħol qed jitwettaq kollu kemm hu minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura b’ko-ordinazzjoni ma’ diversi Ministeri oħra u entitajiet governattivi. |
| Ix-xogħol | ta’ tisbiħ fuq din ir-rotta jikkonsisti f’pavimentar, bankini ġodda, bdil u bini mill-ġdid ta’ ħitan, bdil tal-kurduna ta’ central strips, landscaping, bdil tat-tabelli tat-toroq u tneħħija ta’ wires li jkerrħu l-ambjent tat-toroq. Ma’ dan se jiżdied ukoll xogħol ta’ tisbiħ minn diversi entitajiet privati li jinsabu fiż-żona industrijali tal-Marsa. Dan ix-xogħol se jitwettaq b’kollaborazzjoni mat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Ix-xogħol kollu fuq din ir-rotta huwa programmat li jintemm sa l-aħħar ta’ Ottubru. |
| Il-Ministru | Ninu Zammit żar ix-xogħlijiet li għaddejjin fi Triq Sant’Anna fil-Furjana. F’kumment li ta huwa qal li “Il-ħaddiema qegħdin jaħdmu bi programm ta’ ħinijiet flessibili fuq diversi nħawi ta’ din ir-rotta. Dan qed iwassal sabiex it-traffiku jibqa’ miexi b’mod organizzat fil-ħinijiet l-iktar traffikużi filwaqt li tiġi assigurata aħjar is-saħħa u s-sigurta’ tal-ħaddiema.” |
| Jinsab | għaddej xogħol fi Triq l-Avjazzjoni, Triq iż-Żurrieq u Triq Kunsill ta’ l-Ewropa f’Ħal Luqa, fiż-żona industrijali tal-Marsa, Triq Aldo Moro, Triq Nazzjonali, Triq Diċembru Tlettax, Triq Sant’Anna u Misraħ Papa Ġiovanni XXIII. Ma’ dawn għandu jsir ukoll xogħol fi Triq Garibaldi fil-Marsa u Triq Ġlormu Cassar fil-Furjana. |
| “Diġa | saru ‘l fuq minn 4 kilometri ta’ road markings, 1,400 metru kwadru ta’ pavimentar, 1,600 metru kwadru ta’ asfaltar ta’ bankini u 2 kilometri ta’ kurduna”, qal il-Ministru Ninu Zammit. |
| Filwaqt | li rringrazzja lill-ħaddiema għax-xogħol siewi tagħhom, il-Ministru Zammit talab ghal iktar ko-operazzjoni mill-pubbliku sabiex dan ix-xogħol jkun jista’ jimxi bl-inqas tfixkil possibli u b’hekk tinżamm id-data stipulata, dik ta’ l-aħħar ta’ Ottubru. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946