MALTA SER TIBQA TINSISTI GHALL-GĦAJNUNA
Fid-dawl tal-problemi li qed tiffaċċja bl-influss qawwi ta’ immigranti rregolari li qed jiżbarkaw regolarment fuq ix-xtut tagħna, Malta ser tibqa tinsisti għall-għajnuna mill-Unjoni Ewropea. Dan stqarru l-Viċi Prim Ministru Tonio Borg ftit wara li ppublika ittra li bagħat lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Franco Frattini.
“ Malta ser tibqa tinsisti li tingħata għajnuna biex ittaffi l-piżijiet li qed ikollha terfa minħabba l-influss ta’ immigranti rregolari. Malta ma tistax u ma tiflaħx terfa waħedha dan il-piż u għalhekk ktibt lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Franco Frattini biex jgħin lill-pajjiżna jegħleb din l-emerġenza.” Hekk qal il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg.
| Fl-ittra lil Franco Frattini, il-Ministru | Tonio Borg ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twaqqaf Fond ta Emerġenza sabiex tgħin lil pajjiżi bħal Malta li huma milquta minn influss f`daqqa ta` immigranti., bħalma hemm diġa `fl-Unjoni Ewropea fond għal emerġenzi ta` diżastri naturali. Huwa talab lill-Kummissjoni sabiex tassisti ukoll lil Malta biex persuni li ingħataw protezzjoni f’Malta, jingħataw residenza jew impjieg f’pajjiżi Membri oħra u biex isir ripatriju, l-iktar permezz ta’ titjiriet konġunti ta’ persuni mingħajr dokumenti. |
| “B’hekk” temm jgħid | il-Viċi Prim Ministru, “l-Unjoni tkun qed turi bil-provi li lesta tgħin biex Malta ma tiffaċċjax il-problema ta’ l-immigrazzjoni rregolari waħedha imma ssib is-solidarjeta’ ta’ pajjiżi membri oħra”. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946