Left arrow Go Back

Il-Wirja tradizzjonali tal-Biedja u Snajja’ f’Għawdex tagħlaq mija u ħamsin sena

pr1147
Date Icon 03/08/2005
Il-Wirjatradizzjonali tal-Biedja u Snajja’ li tittella’ kull sena fil-jiem ta’ Santa Marija f’Għawdex din is-sena tagħlaq mija u ħamsin sena. L-għaqda li torganizza din l-attivita’ – is-Soċjeta’ Agrikola, Industrijali u Kulturali t’Għawdex – ħasbet f’diversi inizjattivi sabiex tiġi mfakkra din l-edizzjoni.
Għalftit jiem fis-sena, il-ġonna ta’ Villa Rundle jingħataw il-ħajja b’mod differenti mis-soltu għaliex fihom jiġu esibiti madwar erbat elef oġġett li jinkludu diversi bhejjem, prodotti artiġġjanali u ħxejjex u frott imkabbra jew maħduma lokalment, fil-jiem li jwasslu sal-festa ta’ Santa Marija fil-15 t’Awissu.
Dinil-wirja bdiet f’Awissu 1855 fl-iskola primarja tal-Gvern fi Triq l-Vajrinġa, Victoria. Kien intagħżel ix-xahar ta’ Awissu peress li dan huwa marbut mal-ġbir ta’ wiċċ ir-raba’ mill-bidwi u l-ħlas tal-qbiela. Mill-1855 ’l hawn, din il-wirja ttellgħet kull sena, ħlief għal 1940-42, minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija u fis-sena 1975 minħabba l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. Illum il-ġurnata stabbiliet ruħha fil-ġonna prinċipali t’Għawdex fejn ilha ssir mill-1943. Huwa stmat li kull sena jżuruha madwar 9,000 persuna bejn il-jiem ta’ l-14 u l-15 t’Awissu.
Għall-anniversarjutal-mija u ħamsin sena, is-Soċjeta’ Agrikola, Industrijali u Kulturali t’Għawdex u l-Kumitat Organizzativ Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ser jorganizzaw attivita’ kulturali fil-ġonna ta’ Villa Rundle nhar il-Ġimgħa 12 t’Awissu. L-attivita’, li se tkun taħt il-patroċinju ta’ l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, se tinkludi l-element folkloristiku, mużikali u letterarju bis-sehem ta’ l-Għaqda Folklor Xagħri u l-Island Brass Ensemble.
Is-Soċjeta’Agrikola, Industrijali u Kulturali t’Għawdex ħasbet ukoll għat-twaqqif ta’ mafkar li wkoll jikkommemora dan l-anniversarju. Il-mafkar se jitwaqqaf fl-istess ġonna tal-Villa Rundle u mistenni jinkixef mill-Ministru għal Għawdex.
Fl-okkażjonital-mija u ħamsin sena se jinħareġ ukoll timbru speċjali mill-Maltapost u li l-filatelisti u d-dilettanti jew kollezzjonisti jistgħu jakkwistaw minn stand tal-Maltapost armata apposta fil-jiem tal-wirja.
Il-Wirjatal-Biedja u Snajja’ titbierek nhar il-Ħadd, 14 t’Awissu mill-E.T. Mons. Nikol Ġużeppi Cauchi, Isqof t’Għawdex filwaqt li tiġi inawgurata uffiċjalment mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex.
Fil-ġranettal-wirja, il-pubbliku jista’ jgawdi minn l-attivitajiet regolari bħall-għana waqt li jżur id-diversi kategoriji ta’ oġġetti esibiti.
Il-Wirjatal-Biedja u Snajja’ tkun miftuħa bejn il-Ħadd, 14 (filgħaxija) u t-Tnejn 15 t’Awissu (mis-6.30am). Il-pubbliku in ġenerali huwa mistieden li jattendi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow