Left arrow Go Back

Ir-riformi fl-edukazzjoni - IKOMPLU L-LAQGĦAT MAL-KAPIJIET U L-GĦALLIEMA

pr1137
Date Icon 01/08/2005
Il-Ministru ta’ l-EdukazzjoniLouis Galea ltaqa` mal-Kapijiet u Assistenti Kapijiet ta’ l-Iskejjel tal-Istat, il-Knisja u l-Privat,  fil-proċess ta’ informazzjoni u diskussjoni dwar ir-riforma fl-edukazzjoni kif imfisser fid-dokument “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll”. Il-Ministru ltaqa` wkoll mal-membri tal-Fakolta` tal-Edukazzjoni fl-Universita`, filwaqt illi nbeda wkoll il-proċess ta’ diskussjonijiet u negozjati dwar ir-riforma bejn il-Ministeru u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u l-Union tal-Għalliema l-MUT. Il-proċess ser ikompli b’laqgħat fil-ġimgħat li ġejjin.
L-għalliemakollha ġew ukoll mistiedna biex din il-ġimgħa jagħżlu waħda minn seba` laqgħat li ser isiru fiċ-Ċentru Robert Samut, Floriana, u jiltaqgħu mal-Ministru u d-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni, Dr Cecilia Borġ, għal preżentazzjoni u diskussjoni dwar il-proposti tar-riforma. Il-laqgħa għall-għalliema Għawdxin ser isir f’Għawdex il-Ġimgħa. Dil-ġimgħa wkoll il-Ministru Louis Galea ser jibda sensiela ta’ laqgħat mal-ġenituri u l-ewwel laqgħa ser tkun ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Skolastiċi (AKS).
Il-MinistruLouis Galea fisser l-apprezzament tiegħu li l-Kapijiet u l-Assistenti Kapijiet ta’ l-iskejjel attendew daqshekk numerużi għal-laqgħat ta’ informazzjoni u diskussjoni minkejja l-vaganzi tas-sajf. Il-Ministru qal li t-tibdil fl-istrutturi qed jiġi propost sempliċement biex titjieb l-għodda li biha jaħdmu l-Kapijiet, l-Assistenti u l-għalliema. Il-kwalita` ta’ l-edukazzjoni l-ewwel u qabel kollox tiddependi mill-għalliema fil-klassi u t-tmexxija ta’ l-iskola.
Il-MinistruGalea fisser li l-proposti ta’ żvilupp fis-sistema edukattiva ma nsibuhomx biss fid-dokument “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll”. Dan id-dokument jitkellem biss dwar parti mir-riforma li tittratta l-istrutturi prinċipali, jiġifieri, l-iskejjel u l-awtoritajiet ċentrali. Hemm dokumenti oħra li jew diġa` ġew pubblikati jew dalwaqt ser jiġu pubblikati li jittrattaw oqsma oħra, u li wkoll fihom proposti ta’ żvilupp fis-sistema.
F’Novembruli għadda kien ġie pubblikat ir-Rapport Chalmers dwar l-Universita` u l-Edukazzjoni Ogħla. Il-ġimgha l-oħra ġie pubblikat ir-Rapport Spiteri dwar l-edukazzjoni inklussiva u l-iskejjel speċjali. Hemm rapporti oħra li qed jagħmlu analiżi kritika u rakkomandazzjonijiet dwar oqsma speċifiċi tas-sistema. “Ħadd m’għandu jaħseb li s-soluzzjoni tal-problemi fis-sistema u l-progress kollu mixtieq ser jinkisbu biss bil-proposti fid-dokument ‘Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll’. L-edukazzjoni hi proċess ta’ żviluppi ma jaqtgħu xejn. Aħna qed nipproponu li noħolqu qafas ġdid li jagħti aktar saħħa u jabilita aħjar lil kull min hu fis-sistema biex xogħlu jwettqu b’aktar effettivita` u sodisfazzjon u b’riżultati aħjar.”
Il-MinistruGalea qal li s-sistema tal-Kulleġġi hi maħsuba biex tnaqqas il-burokrazija żejda. “Minħabba l-awtonomija u d-deċentralizzazzjoni kif ukoll minħabba l-appoġġ aktar iffukat miċ-ċentru, l-iskejjel ser jiksbu għodda aktar effettiva biex itejbu t-tagħlim ta’ l-istudenti. Il-Gvern irid li jagħti lit-tfal li jattendu l-iskejjel ta’ l-Istat fl-ibliet u l-irħula fejn jgħixu, esperjenza ta’ l-aqwa kwalita` li tgħollilhom l-istima tagħhom, li tirriġenera r-reġjun fejn hemm l-iskejjel, u li tagħti lill-istudenti bażi edukattiva ta’ kwalita`. Il-Gvern irid ukoll li jkun hemm sorveljanza aħjar ta’ x’qed jiġri sew fl-iskejjel tiegħu kif ukoll fl-iskejjel tal-Knisja u dawk privati.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow