IR-RIFORMI FL-EDUKAZZJONI - IL-POŻIZZJONI TA’ L-M.U.T. BAŻI TAJBA GĦAD-DISKUSSJONI
pr1119
25/07/2005
| Il-Ministru | ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea iqis il-pożizzjoni ta’ l-MUT bħala bażi tajba għad-diskussjoni dwar ir-riformi fl-edukazzjoni. Il-Ministru Galea jinnota b’sodisfazzjon l-impenn ta’ l-MUT li tingaġġa f’dibattitu serju, b’moħħ miftuħ, u bil-ħsieb li toffri l-ko-operazzjoni sħiħa fil-proċess ta’ diskussjoni u negozjati li għandhom jibdew fil-futur qarib. |
| Il-Ministru | ħa nota tal-pożizzjoni li ħadet l-Unjon ta’ l-Għalliema fil-Konferenza Stampa li għamel il-President tal-MUT, is-Sur John Bencini wara li fil-ġranet li għaddew eżaminaw il-proposti tal-Gvern fid-dokument “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll” (For All Children to Succeed). |
| Il-Ministru | Louis Galea jilqa` bil-ferħ l-istqarrija li anke l-MUT lesta tkun aġent tal-bidla meħtieġa u jaqbel perfettament ma’ l-iskopijiet li l-bidla għandha timmira għalihom, jiġifieri : |
1. Effettività akbar fit-tagħlim fil-klassi.
2. Żieda fl-appoġġ għat-tagħlim fil-klassi.
3. Tranżizzjoni b’anqas skossi minn livell għall-ieħor fl-edukazzjoni.
4. Twessiegħ ta’ l-opportunitajiet għall-istudenti kollha biex jipparteċipaw fil-proċess ta’
tagħlim tul il-ħajja.
| Dawn | huma wkoll skopijiet ewlenin tal-proposti tal-Gvern li jistgħu jintlaħqu b’mod effettiv bil-Kulleġġi l-ġodda li bħala idea tidher li hi aċċettata mill-MUT. |
| Il-Ministru | ta’ l-Edukazzjoni spjega li l-proposti tal-Gvern huma l-frott ta’ konsultazzjonijiet u riflessjonijiet, formali u informali, mifruxa fuq numru ta’ snin, u mibnijin fuq l-esperjenza reali ta’ għalliema, Kapijiet ta’ skejjel, u awtoritajiet edukattivi fis-settur pubbliku u dak privat. L-aħħar kontribut ġie proprju f’Mejju li għadda mill-Kapijiet kollha ta’ l-iskejjel li ltaqgħu fl-iskola primarja ta’ l-Imġarr u iddiskutew il-vantaġġi tan-networking ta’ l-iskejjel. Fil-fatt il-proposti tal-Gvern huma risposta konkreta għall-perspettiva ta’ realtà u bżonnijiet li l-iskejjel jinsistu għandhom jiġu indirizzati. |
| Il-Ministru | Galea ma jaqbilx li ż-żmien tas-sajf hu żmien ħażin għall-pubblikazzjoni ta’ rapporti dwar il-qasam ta’ l-edukazzjoni. It-tibdil hu maħsub li jidħol bil-mod sa Settembru ta’ sena oħra (2006). Dan għandu jagħti żmien biżżejjed għad-diskussjonijiet u negozjati meħtieġa u anke biex isiru numru ta’ provi (pilots) bl-iskop li kulħadd isir jaf aħjar x’ifissru l-iżviluppi l-ġodda bis-saħħa ta’ hands-on experience ta’ l-istess għalliema, Kapijiet, ġenituri u studenti. |
| Fil-Konferenza | Stampa l-President tal-MUT semma` numru ta’ punti partikolari li dwarhom l-MUT għandha r-riservi tagħha. Il-Ministru Galea ma jridx jidħol fil-merti ta’ dawn il-punti f’dan l-istadju, iżda jiddiskuti u jinnegozja dwarhom fil-laqgħat li ser isiru bejn iż-żewġ naħat. |
| Il-Ministru | Louis Galea assolutament ma jaqbilx ma’ l-impressjoni tal-MUT li l-proposti tal-Gvern jistgħu ifissru burokrazija. Bil-kontra, l-awtonomija tal-Kulleġġi għandha twassal biex tonqos bil-kbir iċ-ċentralizzazzjoni u l-burokrazija tas-sistema li bħalissa qed tolqot l-effettivita` tas-servizz. |
| Il-Ministru | Galea lanqas ma jaqbel li l-proċess edukattiv għandu jkun riserva esklussiva tal-professjoni ta’ l-edukatturi u tas-sistema edukattiva. L-istudenti, il-ġenituri, min iħaddem, u l-komunità għandhom interess mill-aktar leġittimu li jipparteċipaw fl-edukazzjoni ta’ l-ulied u taċ-ċittadini. |
| Il-proposti | tal-Gvern huma espressjoni ta’ wegħda ewlenija fil-Manifest Elettorali tal-Partit fil-Gvern li fl-elezzjoni ta’ l-2003 ġie approvat mill-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi. Din il-wegħda saret parti mill-programm tal-Gvern permezz tad-Diskors tal-President fil-Ftuħ tal-Parlament sentejn ilu. |
| Fl-aħħar | sentejn il-Ministeru ħadem biex ifassal proposti li jirrispettaw dan il-mandat elettorali li huwa l-bażi tal-leġittimazzjoni demokratika tal-proposti tal-Gvern. Il-Gvern, fid-Diskors tal-Budget għal din is-sena, iddeċieda li wasal iż-żmien li jaġixxi fuq din il-parti tal-programm tiegħu. |
| Il-Kabinett | adotta d-dokument “BIEX ULIEDNA JIRNEXXU LKOLL” u awtorizza lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni biex jiftaħ diskussjonijiet u negozjati ma’ kull min involut, inkluż l-MUT, bl-iskop li jinkiseb l-akbar konsensus possibbli għall-implimentazzjoni tar-riforma. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946