Left arrow Go Back

Żieda sostanzjali fil-valur ta’ frott u ħaxix li għadda mill-Pitkalija - ikkonfermati xejriet pożittivi għas-settur tal-biedja Maltija

pr1113
Date Icon 22/07/2005
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota b’sodisfazzjonl-istatistika ppublikata mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika dwar Frott u Ħaxix għat-tieni kwart ta’ l-2005.
Fil-perjodu sa’ Ġunju 2005 kienu reġistrati żidiet kemm fil-valur kifukoll fil-volum ta’ frott u ħaxix li għadda mill-Pitkalija.  Il-valur tal-frott u ħaxix li għadda mill-Pitkalija żdied bi kważi Lm400,000, qabża ta’ 25% fuq l-istess perjodu s-sena ta’ qabel. Dan mingħajr ma wieħed jgħodd is-sussidji li ngħataw fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena li jammontaw għal Lm342,438.
Il-volum ta’ frott u ħaxix li għadda mill-Pitkalija kellu żieda ta’madwar 2%. Meta wieħed iqis l-ewwel sitt xhur tas-sena jsib li l-valur ta’ frott u ħaxix żdied b’Lm200,000, jew 6% meta mqabbel ma’ l-istess perjodu s-sena ta’ qabel.
B’reazzjoni għal din l-istatistika, l-Ministru għall-Affarijiet Rurali ul-Ambjent George Pullicino qal li dawn iċ-ċifri jikkonfermaw li s-settur tal-biedja Maltija qed jadatta ruħu dejjem aktar aħjar għar-realta’ tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.  Hu qal li għalkemm il-Gvern japprezza li għad hemm spazju għal titjib, il-Gvern irid jassigura li se jibqa’ jaħdem u joħloq l-aħjar kundizzjonijiet biex is-settur agrikolu jkun f’pożizzjoni li jibbenefika mir-realtajiet ta’ llum.
George Pullicino qal li dawn iċ-ċifri għandhom ikunu l-akbar indikazzjonili l-bdiewa stess qed juru kunfidenza fis-settur.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd Dr. Francis Agius qal lidawn iċ-ċifri juru ukoll il-fiduċja tal-konsumatur Malti li baqa’ jixtri frott u ħaxix frisk lokali. Dan ukoll huwa kontribut li l-bidwi Malti qed jifhem il-ħtieġa li jipreżenta prodotti agrikoli ta’ kwalita’.
Il-Ministru Pullicino qal li dawn ix-xejriet jikkonfermaw ukoll l-għaqaltal-Gvern li fin-negozjati tas-sħubija nnegozja pakkett ta’ għajnuna u sussidji biex jassigura li l-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin ikunu f’qagħda li jikkompetu.
Ta’ min ifakkar li fil-jiem li għaddew il-Kummissjoni Ewropea ikkonfermatukoll l-istatus ta’ Malta bħala Żona Żvantaġġjata (less favoured area) u dan se jwassal biex Malta tibqa’ eliġibbli għall-ogħla allokazzjoni ta’ fondi sas-sena 2010.  Fi kliem il-Kummissarju Ewropew Fischer Boel innifisha, hi stqarret li pajjiżna għandu każ b’saħħtu biżżejjed biex iżomm dak l-istatus anke wara dak il-perjodu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow