MALTA TAPPOĠĠJA L-PROPOSTI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA GĦAL RIFORMA FIS-SETTUR TAZ-ZOKKOR
pr1090
19/07/2005
| Malta qed tappoġġja l-proposti mressqa mill-Kummissjoni | Ewropea għal riforma fis-settur taz-zokkor fis-suq Ewropew. L-appoġġ tal-Gvern Malti għall-proposti tal-Gvern Malti kien imtenni mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| F’intervent li għamel waqt din il-laqgħa, l-Ministru | Pullicino qal li Malta tilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti li għandhom l-għan li jnaqqsu d-differenza enormi li teżisti bħalissa bejn il-prezz taz-zokkor fis-suq Ewropew u l-prezz fis-swieq dinjija. Il-Ministru Pullicino qal li Malta ma tipproduċix zokkor u hi favur soluzzjoni fit-tul u raġjonevoli għal din il-problema. Hu qal li bil-proposti tal-Kummissjoni l-Gvern Malti se jiffranka flus li qed jintefqu bħalissa minħabba l-prezz għoli taz-zokkor fis-suq Ewropew. |
| L-aġenda tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri | kienet tinkludi wkoll suġġetti oħra relatati ma’ servizzi veterinarji, biedja, u sajd. Il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali Mariann Fischer Boel għamlet preżentazzjoni f’isem il-Kummissjoni Ewropea dwar it-twaqqif ta’ linji gwida għall-Pjan ta’ Żvilupp Rurali għas-snin 2007 – 2013. |
| Intant, delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ministru | Pullicino kellha wkoll laqgħa bilaterali mal-Kummissarju Ewropew għas-Sajd u Affarijiet Marittimi Joe Borg dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għall-miżuri tekniċi tas-sajd fil-Mediterran kif ukoll għat-twaqqif tal-Fond Ewropew tas-Sajd. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946