"L-IMPRENDITORIJA HUWA SUĠĠETT LI GĦANDU JGĦIN LILL-ISTUDENTI KOLLHA FID-DINJA TAX-XOGĦOL.” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO
pr1089
19/07/2005
| “Kulħadd jista’ jkollu mentalita` imprenditorjali, u l-aċċess għall-imprenditorija | qiegħed kull ma jmur jiżdied. Issa, permezz ta’ Memorandum of Understanding li qiegħed jiġi ffirmat illum, is-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, flimkien ma’ l-MCAST, ser ikunu qegħdin jaħdmu biex dan is-suġġett tant importanti jiġi offrut fil-kulleġġi kollha ta’ l-MCAST.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha ġie ffirmat dan il-Memorandum of Understanding ma’ l-MCAST u li fil-ġimgħat li ġejjin is-Segretarjat beħsiebu jiffirma ma’ skejjel oħra post-sekondarji. |
| Permezz ta’ dan il-Memorandum l-imprenditorija għandha tiġi offruta bħala | suġġett għalih fil-korsijiet kollha offruti mill-MCAST fl-istituti kollha tagħha, filwaqt li l-aspett imprenditorjali ta’ l-istudenti ser jibda jiġi nkoraġġat u applikat f’numru ta’ sitwazzjonijiet u kuntesti akkademiċi. Kemm l-MCAST kif ukoll is-Segretarjat jirrikonoxxu li l-imprenditorija hija essenzjali biex l-individwi jkollhom suċċess fil-ħajja ta’ kuljum u f’dan il-kuntest, l-imprenditorija għandha tinftiehem fis-sens wiesgħa tagħha u mhux biss f’dak li għandu x’jaqsam ma’ negozju biss. |
| Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li s-Segretarjat għan-Negozji | Żgħar u s-Self Employed qiegħed jaħdem sabiex l-imprenditorija tibda’ tiddaħħal fil-livelli kollha ta’ l-edukazzjoni, u din is-sena saru numru ta’ laqgħat f’diversi skejjel dwar dan. “Ħafna drabi, persuni jidħlu fin-negozju mingħajr ma jkunu spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja. Għalhekk huwa importanti li nilħqu lil studenti ta’ kull eta`, biex b’hekk kulħadd ikollu bażi ta’ tagħlim fl-imprenditorija li tista’ tintuża fil-ħajja ta’ kuljum. Bit-tagħlim ta’ l-imprenditorija hawnhekk u fi skejjel oħra, ser inkunu qegħdin inlestu lill-istudenti mhux biss għad-dinja tax-xogħol bħala impjegati, iżda wkoll għad-dinja imprenditorjali.” |
| Ix-xogħol li ser isir permezz ta’ dan il-Memorandum of Understanding jinkludi: workshops għall-ghalliema kollha ta’ l-MCAST biex huma jkunu | jistgħu jinkludu aspetti ta’ l-imprenditorija fit-tagħlim tagħhom; numru ta’ esperti li jkunu jistgħu jagħtu pariri u jigwidaw lill-istudenti u l-amministrazzjoni ta’ l-MCAST; is-Segretarjat ser ikun jista’ jorganizza żjarat għall-istudenti lil intrapriżi lokali, kif ukoll ikun jista’ jorganizza laqgħat bejn l-istudenti u imprendituri. Min-naħa tagħhom, l-MCAST ser joffru servizz ta’ mentoring għal dawk l-istudenti li jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom. Is-Segretarjat u l-MCAST qed jaqblu wkoll li jamministraw proġetti imprenditorjali flimkien. |
| Is-Sur Victor Scicluna, il-President ta’ l-MCAST, iffirma l-Memorandum | of Understanding flimkien mas-Segretarju Parlamentari. Huwa qal li “huwa importanti li dan is-suġġett ma jiġix inkluż fil-kurrikulu ta’ l-iskejjel biss bħala suġġett għalih, iżda wkoll li l-prinċipji ta’ l-imprenditorija jibdew bħala parti minn kull suġġett.” Tkellem ukoll il-Prinċipal u CEO ta’ l-MCAST, is-Sur Frank Edwards, li qal li “m’huwiex l-għan tagħna li kull sena joħorgu mill-MCAT 3,600 imprenditur, iżda aħna qegħdin naħdmu biex l-istudenti jkollhom l-għodda kollha għal meta jibdew jaħdmu, jekk bħala impjegati, kif ukoll bħala imprendituri.” |
| L-Onor. Vassallo temm billi qal li “kollaborazzjoni bħal din għandha tgħin | biex f’Malta tkompli titkattar mentalita` dejjem aktar imprenditorjali, mentalita` li għandha tgħin mhux biss f’sitwazzjonijiet ta’ negozju, iżda wkoll fil-ħajja ta’ kuljum. Is-suġġett ta’ l-imprenditorija huwa suġġett li huwa ta’ valur għal kull wieħed u waħda minna, u kemm is-Segretarjat tiegħi, kif ukoll l-amministraturi ta’ l-MCAST, lesti li naħdmu biex dejjem aktar nies ikunu jistgħu jgawdu minn dan it-tagħlim.” |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946