Left arrow Go Back

Il-Fatti Dwar l-Ex Skola Santa Marija ta’ l-Imsida

pr1084
Date Icon 18/07/2005
Il-Ministeruta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol flimkien mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni jixtiequ jgħidu l-fatti dwar l-ex-skola Santa Marija li tinsab fl-Imsida.  Il-bieraħ, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant, u l-kelliem ewlieni ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Carmelo Abela, għamlu żjara fuq dan is-sit.
L-iskolata’ Santa Marija kienet infetħet fl-1963 bhala skola speċjali għal tfal b’diżabilta intelletwali.   Għaxar snin ilu ġiet introdotta f’Malta l-edukazzjoni nklussiva u bdejna naraw l-introduzzjoni tas-servizz ta’ ‘facilitator’ fl-iskejjel normali (mainstream).  B’effett immedjat kien hemm żieda fin-numru ta’ tfal b’diżabilta li bdew jattendu dawn l-iskejjel. In-numru ta’ studenti fl-iskejjel speċjali b’konsegwnza naqas sew.  Illum għandna mal-1500 tifel u tifla b’diżabilta fl-iskejjel normali ta’ l-Istat u tal-Knisja b’servizz ta’ ‘facilitator’ provdut mill-Gvern.  Minn naħa l-oħra fl-iskejjel speċjali hemm  286  student.
Kiengħalhekk li l-Ministeru u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni taw priorita’ għat-titjib fl-iskejjel normali  speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aċċessibilta.  Il-Gvern diġa’ nvesta Lm600,000 fl-iskejjel normali, biex jinstalla liftijiet, rampi, titjib tas-servizzi sanitarji għall-persuni b’diżabilta u tibdil fl-aperturi biex jiġi ffacilitat l-aċċess ghall-studenti b’diżabiltà. Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni qed tagħti priorità lit-titjib ta’ l-iskejjel fejn hemm it-tfal u mhux f’dan il-bini fl-Imsida li m’għadux użat bħala skola u li minħabba id-difetti fl-istruttura tiegħu ġie magħluq.
L-iskolaSanta Marija ngħalqet fl-2001, meta ngħaqdu l-iskejjel Guardian Angel u Santa Marija peress li l-popolazzjoni tat-tnejn kienet naqqset.  Illum il-maġġoranza ta’ tfal b’diżabilta jirċievu l-edukazzjoni tagħhom fl-iskejjel normali, waqt li hemm numru ta’ tfal li huwa aktar ta’ ġid għalihom li jirċievu l-edukazzjoni tagħhom fl-iskejjel speċjali.  Bħala parti minn dan l-iżvilupp, l-iskejjel speċjali qed jiġu trasformati f’ċentri ta’ riżorsi apparti li joffru wkoll edukazzjoni lit-tfal.
Fil-fatt s’issa sar investiment u xogħlijietestensivi fl-iskejjel Guardian Angel, Helen Keller u San Miguel Febres Cordero.  L-iskop huwa li dawn l-iskejjel iservu bħala ċentri ta’ riżorsi u speċjalizzati għal tipi differenti ta’ diżabilta bħal nuqqas ta’ smigħ jew vista, diżabilta fiżika profonda, eċċ.
Fl-iskolaGuardian Angel intefqu aktar minn Lm100,000 f’dawn l-aħħar snin u fost affarijiet oħra saru xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ta’ sala ġdida, faċilitajiet sanitarji ġodda, rampi, ħajt ġdid madwar l-iskola, ‘workshops’, u installazzjoni ta’ aperturi.
Fl-iskolaHelen Keller intefqu madwar Lm75,000 għall-estenzjoni ta’ l-iskola biex tinkludi kamra awdjometrika, gym, garaxx, store u taraġ u ħruġ f’każ ta’ emerġenza.
Fl-iskolaSan Miguel Febres Cordero sar xogħol ta’ madwar Lm140,000 fejn fost l-oħrajn l-iskola kollha ġiet irranġata biex tkun f’livell wieħed biss, b’hekk jiġi żgurat l-aċċessibilta, saru aperturi ġodda, installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ l-elettriku, servizzi sanitarji ġodda,  u rampi.
Jiġifieril-investiment tal-Gvern fl-iskejjel speċjali u f’dawk normali jammonta għal madwar Lm915,000 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ titjib għall-ambjent u aċċessibilta’ aħjar għall-studenti b’diżabilta.
Huwa minħabba f’hekk li l-istess Divizjoni matarax li l-iżvilupp ta’ l-ex skola Santa Marija hija priorità għalissa.  Is-servizzi li hemm il-ħsieb jiġu offruti minn din il-binja diġa qed jingħataw b’mod effettiv u għandhom diġa l-ispazji fiżiċi tagħhom.  M’hemm l-ebda servizz li mhux qed jingħata minħabba nuqqas ta’ spazju.
Barraminn dan l-istat fiżiku ta’ l-ex skola Santa Marija tant iddetterjora, li d-Divizjoni ddeċidiet li m’huwiex priorita’ li dan il-bini jiġi rranġat f’dan l-istadju.  Id-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni, wara li tkun għamlet l-analiżi u l-ippjanar tagħha, tagħti hi d-direzzjoni lill-Fondazzjoni ta’ l-Iskejjel t’Għada fuq il-prioritajiet ta’ l-aspett fiżiku ta’ l-iskejjel.  Bħalissa l-istess Fondazzjoni qed taħdem fuq l-ewwel sett ta’ prioritajiet li ngħatawlha mid-Divizjoni.  Id-Divizzjoni rrakkomandat li dan il-bini jidħol mal-prioritajiet tat-tieni lista li ngħatat lill-FTS.
Kifseta’ jara l-Kap ta’ l-Oppozzizzjoni miż-żjara tiegħu f’din l-ex-skola, dan il-bini huwa kkundannat, ħadd ma jitħalla jidħol ġewwa biex jiġi evitat kull periklu u fil-futur irid jinbena mill-ġdid.  Hemm numru ta’ kmamar imissu mal-bini kkundanat li huma ċertifikati li jistgħu jintużaw u m’hemm l-ebda periklu.  F’dawn il-kmamar jiġi offrut is-servizz ta’ l-iStatementing Moderating Panel.
Ta’min wieħed jemfasizza li qatt ma  kien hemm fondi allokati speċifikament għat-tiswijiet ta’ bini u manutenzjoni ta’ din l-ex skola.  Il-fondi jiġu allokati biex jinbnew skejjel jew għall-manutenzjoni, skond id-direzzjoni li tagħti d-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni, li tanalizza s-sitwazzjoni u tidderigi lill-FTS skond il-prioritajiet li tara l-istess Divizjoni.
L-impenn tal-Gvern kien u jibqa’ li jipprovdiedukazzjoni ta’ kwalità għal kull tifel u tifla.  Waqt li hija l-intenzjoni tal-Ministeru u d-Divizjoni li jagħmlu użu minn kull spazju li għandhom għad-dispożżizjoni tagħhom, wieħed irid jimxi skond il-prioritajiet li għandna quddiemna llum, filwaqt li nħarsu fejn nixtiequ naslu fil-futur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow