Left arrow Go Back

KUNDIZZJONIJIET TA’ MPJIEG TA’ TOBBA

pr1076
Date Icon 15/07/2005
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieqtikkumenta dwar stqarrija maħruġa mill-MAM dwar impjieg ta’ tobba.
Peress li għadhom ma ġewx konklużi t-taħdidietdwar tiġdid ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol tat-tobba, ġie deċiż li kuntratti definittivi ta’ impjieg li skadew jew li waslu biex jiskadu jiġu estiżi għal sena bl-istess kundizzjonijiet.  Dan japplika mhux biss għat-tabib li għalih qegħda tirreferi l-MAM iżda wkoll għal diretturi oħra fi ħdan id-Diviżjoni.  Għaldaqstant l-allegazzjoni li xi ħadd qed jiġi ivvantaġjat bi ksur tar-regoli mhix vera.
Il-kundizzjonijiet tal-kuntratt tat-tabibimsemmi ġew stabbiliti għaxar snin ilu, u baqgħu l-istess tul dawn l-aħħar għaxar snin.  Is-salarju nett baqa` dak li kien għaxar snin ilu u miegħu titħallas ukoll it-taxxa dovuta mid-Diviżjoni tas-Saħħa bħala parti mill-kuntratt oriġinali.  Għaldaqstant kull referenza għat-Tax Compliance Unit hija għal kollox barra minn lokha.
Il-kuntratti tat-tobba barranin jinkludusalarju fiss iżda li miegħu hemm inklużi ukoll kura medika b’xejn għat-tabib u l-familja tiegħu, expatriate allowance ta’ LM1,400 fis-sena u biljett ta’ l-ajru bir-ritorn għat-tabib u għall-familja tiegħu, ukoll darba fis-sena.  Għaldaqstant ma hemm l-ebda diskriminazzjoni u l-pakkett tar-rimunerazzjoni huwa bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal salarju ta’ tabib Malti.  Dwar il-fatt li dawn it-tobba barranin ma ħallsux bolla la f’Malta u lanqas f’pajjiżhom bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn l-MPO u l-Ministeru tal-Finanzi biex tinstab soluzzjoni għal dan.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa issostni li makisret ebda liġi jew regola ta’ l-impjieg kemm lokali kif ukoll Ewropea u bil-qawwa kollha tiċħad li qatt għamlet jew li qegħda tagħmel xi diskriminazzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow