Titwaqqaf il-Malta Film Commission
pr1072
15/07/2005
| Illum | daħlet fis-seħħ il-liġi li permezz tagħha twaqqfet il-Malta Film Commission. Il-Film Commission ser tkun preseduta mis-Sur Chris Grech, filwaqt li l-membri huma l-Professur John Mamo u s-Sur Jonathan Shaw. Ms. Monica Attard ġiet nominata mill-Ministeru tat-Turizmu u l-Kultura, filwaqt li hemm ukoll is-Sur Oliver Mallia fil-kapaċita’ tiegħu ta’ Film Commissioner. |
| Dettalji | dwar dan ingħataw mill-Ministru għall-Investiment Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, Austin Gatt f’konferenza ta’ l-aħbarijiet. Tul din il-konferenza ta’ l-aħbarijiet ingħataw ukoll dettalji dwar regolamenti ġodda mmirati li jinċentivaw dan is-settur f’pajjiżna. |
| Fil-fatt | il-Ministru Austin Gatt ħabbar regolamenti ġodda li permezz tagħhom produtturi tal-films jingħataw sa 20% ta’ dak li jkunu nefqu fl-ekonomija Maltija. Dan minbarra l-ħlas lura tal-VAT li jħallsu hawn. |
| Il-Ministru | Austin Gatt ħabbar ukoll li l-Gvern alloka s-somma ta’ Lm1.5 miljun biex jintefqu f’dawn il-produzzjonijiet minn issa sa Diċembru 2006. |
| Il-Ministru | Gatt saħaq li Malta ilha b’xi mod involuta fl-industrija tal-film mis-snin ħamsin. Sas-snin disgħin, ġew Malta produzzjonijiet b’mod sporadiku biex jużaw Malta bħala lok. Ma kienx jeżisti xi fokus ċentrali mill-Gvern biex Malta tkun promossa bħala lok kompetittiv għal din l-industrija. |
| Meta | ġew f’daqqa Gladiator u U-571 (1999), kulħadd irrikonoxxa l-potenzjal li dan is-suq jiġi żviluppat u li nħawlu f’Malta niċċa ta’ industrija ta’ servizzi lill-produzzjonijiet internazzjonali. F’Mejju 1999 inħatar l-ewwel Malta Film Commissioner u f’Jannar 2000 twaqqfet il-Malta Film Promotion and Development Company biex tamministra l-apparat tiegħu. |
| Mill-2000 | ’l hawn attirajna Malta aktar minn 50 produzzjoni li wżaw Malta u nefqu l-flejjes li kien hemm bżonn biex beda jitwieled settur Malta ta’ servicing għall-produzzjonijiet. Il-Ministru Austin Gatt qal li Malta hi l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea mingħajr industrija domestika taċ-ċinema. Aħna żgħar, nitkellmu lingwa tagħna biss, m’għandniex tradizzjoni ta’ produzzjonijiet lokali u neqsin mit-taħriġ. Għandna ħafna produzzjonijiet televiżivi iżda l-materjal ta’ validità ċinematografika għad għandu fejn jikber. |
| Huwa | għalhekk li rridu nipprioritizzaw u nibdew minn x’imkien. Żgur hemm il-potenzjal li produtturi ċinematografiċi jixtru servizzi tekniċi (apparat u min iħaddmu) minn Malta flok iġibu miegħu bil-baħar. |
| Malta | toffri vantaġġ lill-produtturi tal-films minħabba l-klima u minħabba d-daqs żgħir u prattiku tagħha. Il-burokrazija tagħna hi relattivament limitata, nitkellmu l-Ingliż u t-Taljan, ninsabu qrib l-Ewropa, u għandna t-tankijiet ta’ l-ilma qrib il-baħar. Iżda m’għandna xejn li m’għandux ħaddieħor! Il-ġirien tagħna tejbu l-prodott tagħhom u żiedu miegħu benefiċċji u inċentivi fiskali u finanzjarji biex produtturi jagħżlu lilhom flokna. |
| Fl-2002 | offrejna inċentivi ‘ad hoc’ għal applikazzjonijiet individwali. Dan għenna niġbdu ‘ Troy ’ li tajnieh lura 10% li nefaq f’ħaddiema f’Malta. Din kienet offerta żgħira u ma kellniex l-infrastruttura biex nonorawha f’ħin qasir. Aktar minn qatt qabel, inħass il-bżonn li nibnu struttura effiċjenti li nkunu nistgħu nbiegħu lill-produtturi. |
| Il-Ministru | Austin Gatt qal li l-mira tal-Gvern hija li jkollna rata aktar kostanti u konsistenti ta’ produzzjonijiet medji li jżommu l-industrija tagħna attiva s-sena kollha bl-għajnuna ta’ l-inċentivi li ser nniedu. Jkun hemm investiment mis-settur privat Malti f’servizzi u apparat biex jipprovdu servizzi lil din l-industrija. Dan ser isir billi ser ikun hemm għajnuna biex isir l-investiment f’dan il-qasam, fejn se jiġu pubblikati regolamenti biex jingħataw tax breaks sostanzjali lil min jinvesti f’apparat u faċilitajiet biex jintużaw biex jipprovdi servizzi lil din l-industrija. |
| Twemmin | akbar tar-riżorsi umani Maltin tal-possibilitajiet ta’ xogħol tekniku u avvanzat f’din l-industrija. Huwa saħaq fuq l-importanza li l-Maltin ma jdardrux l-ilma li nixorbu minnu. Ma’ jistax ikun li kull produzzjoni tkun opportunità biex nisolħu l-flus għax malajr nitilfu kollox. |
| Intant | tħabbar li l-ewwel benefiċarju ta’ dawn l-inċentivi hu Steven Spielberg li għażel lil Malta bħala lok għall-films wara li ġie offrut l-inċentiv li jingħata lura 15% ta’ dak li qed jonfoq f’Malta. Austin Gatt spjega li l-produzzjoni ta’ Steven Spielberg hi importanti ħafna għal Malta għax hi produzzjoni ffirmata mill-aktar direttur ċinematografiku ta’ suċċess fid-dinja llum, u hi produzzjoni li tuża ’l Malta bħala lok li ‘jirreċta’ bħala 7 pajjiżi oħra li jfisser li kulħadd se jkun jaf li Malta m’hix tajba biss minħabba r-ramel u l-baħar iżda minħabba d-dehra tal-bliet, il-pjazez u t-toroq tagħha. |
| Hu | ta’ sodisfazzjon li l-ewwel riżultat li ksibna b’dawn l-inċentivi u produzzjoni daqshekk importanti li se taghtina riklam daqstant importanti. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946