DISKORS MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO FIL-FTUH TAL-KONFERENZA “NIEHDU L-OPPORTUNITAJIET TA’ FONDI GHAR-RICERKA MILL-UNJONI EWROPEA” - FURJANA - 13 LULJU 2005
Hbieb,
Is-Segretarjat tiegħi, flimkien mal-Kulleġġ Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST), qiegħed għal ewwel darba jorganizza Konferenza Nazzjonali sabiex ninkoraġixxu lin-Negozji Zgħar f’pajjizna jahtfu l-opportunitajiet li hemm quddiemhom u jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Din il-Konferenza tirraprezenta għalina impenn ġdid li s-Segretarjat tiegħi sejjer jiehu fil-hidma tiegħu għaz-zmien li ġej; dak li nressqu aktar negozji zgħar lejn inizzjattivi u proġetti bi shab ma’ negozji ohra barranin bil-għan li itejbu lilhom innfushom u l-prodott tagħhom.
U propju is-6th Framework Programme huwa wiehed minn serje ta’ programmi tal-Unjoni Ewropea li fih negozji zgħar Maltin jistgħu jippartecipaw bis-shieh. Dan il-programm partikolari huwa programm fil-qasam tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni. Huwa programm li jiffoka fuq l-applikazzjoni kummerċjali tat-tagħrif u teknoloġija, u li jgħin finanzjarjament u loġistikament lin-negozji zgħar u ta’ daqs medju sabiex dan ikun jista isehh.
Harsa lejn c-cifri sabiex nagħti idea tal-partecipazzjoni ta’ Malta fl-FP6: sa minn Novembru 2002 il-fuq minn 371 proposals li kellhom tal-inqas partner wiehed Malti ġew sottomessi lil Kummisjoni Ewropea u minn dawn 71 ġew magħzula għal għajnuna li l-budget tagħhom ilahhaq EUR 6 miljuni. Dan ipoġġi lil Malta bhala wiehed mill-iktar pajjizi li issotmettew proġetti għal kull ras. Minn dawn 37 negozji zgħar Maltin issottomettew 100 proposal s’issa.
Dawn huma sinjali pozittivi pero’ nemmen li n-negozji zgħar jistgħu jagħmlu aktar u għalhekk qegħdin hawn illum sabiex nippromwovu t-tixrid tat-teknoloġija fost l-intrapriżi ż-zgħar u sabiex ngħinuhom jidentifikaw, jagħżlu u jadattaw it-teknoloġiji. Huwa oggettiv ta’ dan is-Segretarjat li jibda jahdem aktar fil-qrib man-negozji ż-żgħar sabiex negozji żgħar jiġu mogħtija taħriġ, u jkunu mgħarfa aħjar, dwar l-opportunitajiet ta’ riċerka għall-użu aħjar tat-teknoloġija fl-operati tan-negozji tagħhom
Taht is-6th Framework Programme, kumpaniji barranin f’oqsma differenti qegħdin fil-prezent ifittxu imsieħba fil-pajjizi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex flimkien jipparteċipaw fi proġetti ta’ riċerka u innovazjoni. Il-vantaġġi ta’ din l-isħubija huma varji. Fost dawn hemm li negozji:
- Jkunu jistgħu jsaħħu l-kuntatt tagħhom ma’ negozji barranin,
- Jibbenefikaw minn fondi diretti sabiex ikunu jistgħu isaħħu l-innovazzjoni tagħhom,
- Ikunu jistgħu jingħataw għajnuna sabiex jinxtara makkinarju speċjaliżżat biex issir ir-riċerka meħtieġa, u
- Ikunu jistgħu jagħmlu użu mir-riżultati tal-proġett sabiex ikabbru l-effiċjenza u/jew jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi tagħhom.
Sabiex din l-inizjattiva tkun suċċess, is-Segretarjat tiegħi u l-MCST qed joffru d-disponibbilta` kollha tagħhom sabiex in-negozji żgħar isibu l-appoġġ loġistiku meħtieġ ħalli s-sħubija f’dawn il-proġetti tkun simplifikata u jkun hemm l-inqas xkiel amministrattiv possibbli min-naħa tan-negozji sabiex jitmexxew il-proġetti.
Bhala Gvern impenjati li ninkoraġixxu l-involviment ta’ intrapriżi żgħar f’koperazzjoni bejn l-ażjendi, f’livelli lokali, nazzjonali, Ewropej u internazzjonali flimkien ma’ koperazzjoni bejn intrapriżi żgħar u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u riċerka. Bhala Gvern irridu nagħtu appoġġ ikbar lill-Koperazzjoni bejn intrapriżi żgħar biex intejbu l-kapaċitajiet tagħhom biex jidħlu fis-swieq Ewropej u biex nestendu l-attivitajiet tagħhom fi swieq ta’ pajjiżi terzi.
Nemmen bi shieh li miżuri f’livelli nazzjonali u reġjonali li huma mmirati biex jiżviluppaw gruppi ta’ bejn l-intrapriżi u x-xbieki ta’ komunikazzjoni għandhom għalhekk jgħinu sabiex tikber il-koperazzjoni u taqsim teknoloġiku fost kumpaniji ta’ daqsijiet differenti u speċjalment fost l-intrapriżi żgħar .
Jiena nawgura li l-involviment tan-negozji zgħar fis-Sixth Framework Programme u fi programmi ohra ta’ għanjunu finanzjarja, infrastrutturali, u/jew logistika tal-Unjoni Ewropea jkun wiehed dejjem aktar effettiv għal gid tal-istess negozji sabiex dawn ikunu dejjem aktar kompetittivi u lest għall-isfidi godda taz-zminijietna.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946