Left arrow Go Back

Preżentazzjoni aħjar tal-wirt kulturali ta’ pajjiżna

pr1022
Date Icon 07/07/2005
HeritageMalta waqqfet multi-lingual audio guides fil-katakombi ta’ San Pawl fil-Rabat. Din hi l-ewwel inizjativa tal-kwalita’ tagħha li ħadet Heritage Malta u li ttieħdet fil-mużewijiet ta’ l-istat f’Malta.
Dawnil-multi-lingual audio guides huma b’ħames lingwi. Aktar lingwi se jiżdiedu fil-futur. Servizzi oħra simili qed ikunu pjanati għal mużewijiet u siti oħra li tmexxi Heritage Malta.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura nawgura dawn il-multi-lingual audio guides nhar il-Ħamis 7 ta’ Lulju fil-katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat. Hu qal li kwalunkwe servizz addizzjonali li nagħtu lill-viżitaturi Maltin u barranin fil-mużewijiet u siti storiċi ta’ pajjiżna jgħin biex kulħadd jifhem aħjar l-istorja ta’ pajjiżna u min x’hix għaddejna tul l-aħħar 7,000 sena.
Il-MinistruZammit Dimech qal li f’Malta hawn waħda mill-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ wirt kulturali fid-dinja. Hu qal li f’pajjiżna għandna storja li tkopri l-perjodi kollha ta’ l-eżistenza tal-bniedem. Francis Zammit Dimech qal li dan iqiegħed fuqna piż kbir għaliex mhux biss irridu nħarsu s-siti arkeoloġiċi u storici ta’ pajjiżna, iżda rridu nippreżentawhom b’tali mod li kull min jidħol fihom jifhem x’qed jara.
“F’dawnl-aħħar snin il-preżentazzjoni ta’ dawn is-siti għaddiet minn rivoluzzjoni. Wara li ppreżentajna aħjar it-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal-Tarxien u d-Domus Romana issa qegħdin fil-proċess li nwettqu proġetti simili ta’ konservazzjoni u preżentazzjoni tat-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra f’Malta u tat-tempji tal-Ġgantija f’Għawdex,” qal il-Ministru Zammit Dimech. Hu żied li sadattant kienu qed jitwettqu proġetti biex f’diversi siti nqiegħdu interpretation panels b’diversi lingwi ħalli min iżurhom jingħata dettalji dwar l-istorja tas-siti.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura faħħar dawn l-inizjattivi u awgura li kull sit storiku u arkeoloġiku jkunu attrezzat b’tagħmir simili.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow