Left arrow Go Back

MALTA TIRRATIFIKA T-TRATTAT LI JISTABBILIXXI KOSTITUZZJONI GĦALL-EWROPA

pr1017
Date Icon 06/07/2005
B’deċiżjoni msejħaeċċezzjonali mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Kamra tad-Deputati f’isem il-poplu Malti approvat mozzjoni mressqa mill-Prim Ministru li tawtorizza r-ratifika tat-trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea.
Dan huwa l-akbar messaġġta’ tama li pajjiżna, jista’ jagħti lill-pajjiżi l-oħra membri ta’ l-Unjoni Ewropea. B’din id-deċiżjoni storika għal pajjiżna, Malta qed tagħti xiehda ta’ Ewropa magħquda mill-ġdid, Ewropa ta’ popli u ta’ stati, Ewropa mibnija, fi proċess li ilu aktar minn ħamsin sena, fuq il-paċi, l-valuri u l-prosperita’ tal-popli u stati kollha Ewropej.
Ta’ min ifakkar lidan il-proċess inbeda’ fl-2002 permezz ta’ Konvenzjoni Ewropea li fiha kien hemm is-sehem attiv ta’ rapprezentant tal-Gvern Malti u żewġ rappreżentanti tal-Kamra tad-Deputati, u li sussegwentement irrakkomandat abozz ta’ Trattat dwar Kostituzzjoni Ewropea li ġie diskuss u fl-aħħarnett approvat b’mod unanimu fil-Konferenza Intergovernattiva li ntemmet fit-18 ta’ Ġunju 2004. Kien imbagħad fid-29 ta’ Ottubru 2004 li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, f’isem il-poplu Malti, iffirma, flimkien mal-pajjiżi membri l-oħra kollha ta’ l-Unjoni Ewropea, it-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa li llum ġie diskuss u approvat.
“Dan huwa mumentstoriku għall-pajjiżna mhux biss għaliex iż-żewġ naħat tal-Kamra ingħaqdu f’deċiżjoni unanima u matura fl-interess nazzjonali, imma għaliex pajjiżna kompla jagħti l-impenn tiegħu sabiex jagħmel suċċess mill-proġett ta’ l-Unjoni Ewropea, messaġġ ċar u b’saħħtu ta’ kif l-identita’ Maltija tista tkompli ssaħħaħ l-Unjoni Ewropea, u deċiżjoni konvinta sabiex tressaq l-Unjoni Ewropea aktar qrib taċ-ċittadini tagħha” stqarr il-Prim Ministru.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow