Left arrow Go Back

MIĊĦUDA ALLEGAZZJONIJIET DWAR L-ISTAT TA’ IĠJENE FL-ISPTARIJIET F’MALTA

pr1016
Date Icon 06/07/2005

Wara s-servizz li Super One News xandar bi prominenza l-bieraħ fuq it-televiżjoni, dwar l-istat ta’ iġjene fl-isptarijiet tagħna fejn kienet ikkwotata gazzetta Ingliża, id-Diviżjoni tas-Saħħa qiegħda tiċħad kategorikament dawn l-allegazzjonijiet.  Id-Diviżjoni tixtieq isserraħ moħħ il-poplu Malti li r-riskju ta’ infezzjoni fl-Isptar San Luqa mhuwiex ikbar minn ta’ sptarijiet oħra fl-Ewropa fejn isiru l-istess tipi ta’ kura intensiva u interventi speċjaliżżati.  

Wara stħarriġ li għamlet, id-Diviżjoni sabet li r-rapport indikat mill-gazzetta News of the World magħmul mill-Health Consumer Powerhouse, ma jsemmi fl-ebda ħin u fl-ebda mod lil Malta .  Wara kuntatti ma l-awtur tar-rapport, dan ċaħad permezz ta’ dikjarazzjoni li qed tiġi annessa,  li xi darba  nkluda lil Malta f’xi studju li għamel.  Għaldaqstant, il-gazzetta Ingliża qed tintalab tissostanzja l-asserzjoni tagħha.  

Ta’ min ifakkar li l-awtoritàkompetenti f’dan is-settur hija l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u din għal darba darbtejn ikklassifikat lis-settur tas-Saħħa ta’ Malta fost l-awqa fid-Dinja.
Id-Diviżjoni tiddeplora dan l-aġir liseta jallarma u jnaqqas il-fiduċja tal-pubbliku fis-servizzi tas-saħħa kif ukoll jitfa’ dell ikraħ fuq il-ħaddiema kollha ta’ dan is-servizz.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow