STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHAN-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR U S-SELF EMPLOYED
pr1015
06/07/2005
| Riżoluzzjoni fil-Parlament biex isir ‘review’ | parzjali tal-Pjan ta’ Struttura għall-bini ta’ industrial parks f’żoni differenti |
| Il-Gvern qiegħed iwettaq wegħda elettorali oħra billi jżid l-art | disponibbli għall-bini ta’ industrial parks f’żoni differenti. Permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern ser iżid l-opportunitajiet għas-self-employed u negozji żgħar sabiex isibu jikru jew jixtru units minfejn jaħdmu f’żoni industrijali. |
| Dan tħabbar mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George | Pullicino u mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed Edwin Vassallo. Huwa mistenni li fil-jiem li ġejjin, titressaq riżoluzzjoni fil-Parlament sabiex isir ‘review’ parzjali tal-Pjan ta’ Struttura sabiex f’dawn iż-żoni jkunu jistgħu jinbnew micro-enterprise parks. |
| Fid-diskors tal-budget ta’ l-2002 il-Gvern kien qal li ’ser titkompla wkoll il-ħidma li għandha tindirizza l-bini ta’ żoni | industrjali għan-negozji żgħar li ma jaqgħux taħt il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp (illum magħrufa bħala Malta Enterprise)’. |
F’dan il-kuntest:
| a) | tnieda u tlesta l-proċess ta’ identifikazzjoni tas-siti li sar mill-MEPA magħruf bħala l-SME’s (Micro Enterprises Site Selection Exercise-May 2004); |
| b) | u kien hemm id-diskussjonijiet mas-sidien ta’ l-artijiet magħżula. |
| Wara dan qed titressaq il-proposta biex ladarba jkun lest il-proċess ta’ | l-iffirmar tal-kuntratt, bejn il-Gvern u s-sidien ta’ l-artijiet magħżula, biex jikkonferma l-proċess ta’ kif ser isir l-iżvilupp ta’ l-art li llum hija barra mill-iskema tal-bini, fil-Parlament titressaq riżoluzzjoni li titlob li jkun approvat mill-Parlament, ir-review parzjali tal-pjan strutturali. B’hekk dawn is-siti, permezz ta’ din r-riżoluzzjoni, jkunu jistgħu jiġu nklużi fil-pjan ta’ l-istruttura. |
| Is-siti li ġew | identifikati mill-MEPA sabiex ikunu żviluppati fuqhom micro-enterpise parks ilaħħqu għal madwar 80 tomna. Is-siti identifikati huma żona tal-Gvern magħrufa bħala tal-Barmil fil-limiti tax-Xewkija, Għawdex li fiha madwar għaxart itmien; sit tal-Gvern li fih madwar 4,268 metru kwadru li jdur ma’ ġibjun fil-Mellieħa; sit privat li hija ex-barriera magħrufa bħala tal-Ballut, fl-Imġarr u li għandha spazju ta’ madwar 9,124 metru kwadru; sit privat f’żona magħrufa bħala t’Alla w Ommu. Danis-sit li jinsab in-Naxxar huwa l-akbar u jkopri area ta’ 39,781 metru kwadru. |
| Is-siti l-oħra huma | sit privat f’żona magħrufa bħala Ta’ Santu Kristu, f’Ħal Għaxaq. Dan is-sit kien jintuża bħala batching plant u jkopri area ta’ 19, 410 metru kwadru . Intgħażel ukoll sit privat f’żona magħrufa bħala Ta’ Maġġi, f’Ħaż-Żabbarli jkopri area ta’ 7,068 metru kwadru. |
| Din hi l-ewwel darba li | sidien ta’ l-artijiet ser ikunu responsabbli għall-kostruzzjoni ta’ żoni industrijali fuq art privata u ser ikunu responsabbli wkoll għall-kostruzzjoni ta’ l-infrastruttura kollha, inkluż toroq, drenaġġ, dawl u ilma. Dawn iż-żoni ser jinħadmu fuq il-mudell tal-Mosta Technopark, u b’hekk il-Gvern ikun qed jiżgura li s-self-employed jitkattrulhom l-opportunitajiet biex jaħdmu b’mod aħjar f’żoni industrijali organizzati. |
| Sabiex ikun żgurat li | din ir-riżoluzzjoni ddaħħal fl-iskema ta’ l-iżvilupp żoni li effettivament jintużaw biex fuqhom jinbnew industrial parks, fil-kuntratt li l-Gvern qiegħed jiffirma mas-sidien, se jkun assigurat li dawn l-artijiet ikunu fil-fatt mibnija u wżati minn self-employed u sidien ta’ negozji żgħar. B’hekk ma jibqgħux sempliċiment art li tkun fl-iskema tal-bini iżda mhix żviluppata u wżata. |
| Bil-kuntrarju ta’ dak | li ġara fl-imgħoddi, permezz ta’ din il-proċedura, l-art li ser tidħol fl-iskema tal-bini ser tkun effettivament żviluppata u mhux ser tkun art moħlija jew abbandunata. |
| Huwa mistenni li bid-domanda | li teżisti għal spazju industrijali, din l-art li qed titpoġġa fis-suq permezz tar-riżoluzzjoni ser tittieħed u effettivament tintuża. Il-Gvern hu fiduċjuż li s-sidien ta’ l-artijiet ser jiżviluppaw din l-art u jibnu ż-żoni industrijali fiż-żmien miftiehem bejn il-Gvern u s-sidien ta’ l-artijiet. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946