IL-KORS MYWEB SER JIĠI OFFRUT LILL-IMPJEGATI TA’ KUMPANIJI U L-FAMILJARI TAGĦHOM
pr1010
05/07/2005
| 17,000 | ċittadin mħarrġa fil-qasam ta’ l-ICT permezz tal-programm myWEB |
| Il-programm ‘myWeb’ ġie | addattat biex jiġi offrut lill-impjegati ta’ kumpaniji privati u lill-membri familjari tagħhom. |
| Dettalji | dwar dan ingħataw mill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, Austin Gatt, meta waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet nieda inizjattiva, koordinata bejn il-Malta Enterprise u l-Ministeru li permezz tagħha t-taħriġ tal-kors ‘myWeb’ ser jiġi offrut lill-impjegati ta’ kumpaniji u l-familjari tagħhom. |
| ‘myWeb’ | huwa kors immirat lejn pubbliku adult li qatt m’uża kompjuter. Il- kors jikkonsisti f’għoxrin siegha; b’għaxra minnhom jikkonċernaw informazzjoni bażika fuq l-informatika u programmi tal-kompjuter, sitt siegħat dwar l-użu ta’ l-Internet u erba’ sigħat fuq l-użu ta’ l-email. Dan il-kors ġie rivedut sabiex jinkludi informazzjoni u gwida kif tuża s-servizzi tal-Gvern elettroniku. Il-Ministru Austin Gatt qal li sal-ġurnata tal-lum il-kors tal-myWeb kien suċċess bi 17,000 ċittadin jirċievu dan it-taħriġ. |
| L-inizjattiva, | li ser tiġi ffinanzjata bejn il-Gvern flimkien mal-kumpanija u l-impjegati mhumiex ser ikunu qed iħallsu, hija mistenijja li tattira udjenza ġdida li s’issa minħabba raġunijiet diversi, bħal xoghol bix-‘shift’, ma kienux f’pożizzjoni li setgħu jattendu f’okkażjonijiet preċedenti. Permezz ta’ din l-inizjattiva, it-taħriġ ser jkun jiġi offrut lill-20,000 persuna fuq perjodu ta’ sentejn. |
| Il-Ministru | Gatt saħaq li huwa l-oġġettiv li l-post tax-xogħol ikun post fejn il-ħaddiem mhux biss jaħdem u jieħu l-paga, iżda, ikun post ta’ formazzjoni fejn il-ħaddiem jingħata taħriġ u jiżviluppa l-valur tiegħu għall-kumpanija u għall-pajjiż. Illum l-edukazzjoni tul il-ħajja qed tiġi mħaddna fost bosta intrapriżi Maltin fejn qed tiġi investita ħafna enerġija f’taħriġ mhux biss speċifika għall-bzonn ta’ l-intrapriża, imma anke b’mod ġeneriku bħall-kors ‘myWeb’. |
| Il-kors | ser jingħata fuq il-post tax-xoghol stess u minn fost il-ħaddiema ser jitħarrġu l-għalliema. Dan sabiex jinforza l-element ta’ komunità. |
| Il-kumpaniji se jkunu mgħejjuna biex jidentifikaw post adekwat għat-taħrig | fuq il-post tax-xoghol stess u fejn neċċessarju, jiġu pprovdutti b’ apparat sponsorjat mill-HP, konnettività sponsorjata minn Maltacom kif ukoll għamara mingħand l-ETC. |
| Tlett kumpaniji, il-Playmobil, Trelleborg u l-Berger Paints, kollha | ġirien ta’ xulxin huma l-ewwel li ser joffru dan il-kors lill-impjegati taghhom. Il-Ministru Gatt qal li fil-każ ta’ dawn it-tliet fabbriki, dan it-taħriġ ser isir fil-faċilitajiet tal-Playmobil fil-qasam industrijali ta’ Ħal-Far. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946